Tags

, , , , , , , , , ,

Ftit tal-granet ilu gejt avvicinat mill-gurnalist Ruben Anthony Xuereb mill-gurnal lokali ‘Illum’ biex naghti l-opinjoni tieghi fuq l-istorbju li jiggenera l-Freeport f’Birzebbuga.

Dawn huma r-risposti li tajt ghaz-zewg mistoqsijiet li saruli (ovvjament, hemm fejn wiehed jelabora aktar fid-dettal, ghax l-argument huwa vast):

1. L-opinjoni tieghek dwar il-kwistjoni tal-istorbju, surveys li saru u l-proposti li ghamlu l-freeport.

L-istorbju li jiggenera l-freeport hija kwistjoni li sfortunatament ilha ghaddejja ghal diversi snin. Ir-residenti tal-madwar kollha jisimghu l-hsejjes li jiggenera l-operat tal-freeport. Jien noqghod fl-inhawi ta’ wara l-knisja, mhux bieb u ghatba mal-bahar, izda l-hsejjes tas-sireni, containers jinstabtu u operat iehor jinstema’ facilment. F’zoni iktar vicin tieghu sahansitra jinhassu l-vibrazzjonijiet u humming noise mill-generators tal-vapur.

business-news_12_temp-1426413328-55055710-620x348

Malta Freeport mill-ajru. Sors tar-ritratt: timesofmalta.com

Ftit tax-xhur ilu hareg rapport, ikkummissjonat mill-freeport stess, li kkonferma dak li kienu qed jghidu r-residenti ghal diversi snin. Kultant niehdu lir-resident for granted u malajr nittimbrawhom li jghaggbu s-sitwazzjoni. Zgur li b’dan ir-rapport ikkonfermajna li ahna r-residenti ghandna ragun. Il-livelli tad-decibali huma ghola minn dak accettabbli b’mod allarmanti, ghad-detriment tas-sahha tar-residenti u ta’ dawk kollha li jzuru l-lokalita’ specjalment fix-xhur Sajfin.

 

Il-proposti li ssemmew jistghu jghinu biex itaffu mill-hsejjes li qed ikunu generati, izda dan mhux ha jsir mill-lejl ghan-nhar. Fost l-investiment fil-makkinarju, hemm imsemmija wkoll mizuri biex il-freeport jottimizza l-operat tieghu. Dan jirrikjedi investimenti finanzjarji kbar, u perjodi ta’ moniteragg ghall-efficjenza taghhom li jgeghluni nahseb li l-freeport ha jkaxkar saqajh fuqhom. Apparti minn hekk, zgur li l-introduzzjoni ta’ sistemi u makkinarju gdid se jkun imfassal fuq diversi snin u b’hekk l-problema ha tiehu diversi snin biex tissolva. Sfida ohra hija l-operat  li jsir bil-lejl fl-istess terminal.

Apparti l-istorbju, hemm ukoll il-kwistjoni tad-dredging. Dredging li sa ftit snin ilu kien baqa’ ghaddej anki fix-xhur tas-Sajf ghad-detriment tal-ghawwiema u l-akwakultura tal-port. L-espansjoni tal-lay-by berth ukoll swiet t’inkonvenjent ghar-residenti minhabba it-thaffir li sar fil-bajja u l-vibrazzjonijiet li dan ix-xoghol holoq. Ukoll, issa qed nesperjenzaw vapuri mal-200 metru biss il-boghod mill-ghawwiema!

2. Jekk Birzebbuga jirnexxiela tiehu dawk il-fondi li suppost kellu jhallas il-freeport, Inti kif u fuq xhiex tissuggerixxi li ghandhom jintuzaw?

Jekk m’hiniex zbaljat dawk il-fondi huma marbuta ma progetti ambjentali.

Malta_-_Birzebbuga_-_Triq_il-Bajja_s-Sabiha_-_Pretty_Bay_+_Freeport_01_ies.jpg

Il-Freeport kif jidher mill-Bajja S-Sabiha. Sors tar-ritratt: commons.wikimedia.org

Jien persuna li napprezza l-gonna u l-open-spaces u allura nibda billi nimmodernizza u nirranga d-diversi gonna li ghandna mqassma fil-lokalita’ taghna. Fl-inhawi ta’ Triq San Patrizju, l-iktar parti vicin ir-residenti, inhawwel sigar folti bhala parti minn landscaping taz-zona. Dawn iservu biex itaffu l-impatt vizwali kif ukoll sound-barrier naturali meta persuna tghaddi mill-istess triq.

 

Mill-lat l-iehor nemmen li l-konservazzjoni tal-ilma m’hiex tinghata l-importanza taghha f’pajjizna. Bhala Kunsill Lokali, flimkien mal-Gvern, ghandhom iharsu bis-serjeta’ lejn pjan ghal-gbir ta’ ilma tax-xita, specjalment meta tikkunsidra li Birzebbuga hija mdawwra bil-widien u l-ilma kollu qed jerga ‘jintrema’ fil-bahar. Ukoll, jista’ jsir progett ambjentali fil-Wied ta’ bejn Birzebbuga u Hal Ghaxaq/Gudja – progett li jinkorpora l-flora, fauna u l-istorja rikka li ghandu l-istess Wied. Dawn huma ftit proposti minn diversi progetti li wiehed jista’ jmexxi l-quddiem sabiex isiru.

Madanakollu, ma narax li huwa gust li l-freeport jghati somma wahda bhala parti mill-kumpens ta’ tkabbir tat-terminal jew makkinarju. Il-freeport huwa inkonvenjent matul is-sena kollha w allura nhoss li l-freeport ghandu jhallas ammont fiss ghal kull vessel movement li jkun hawn fil-port. Dawn il-flus ikunu parti mill-operational costs tal-kumpanija, u li jmorru f’fond immanigjat b’mod professjonali sabiex jintuzaw ghal progetti infrastrutturali ghar-rigenerazzjoni tal-lokalita’ u l-gid tar-residenti.

Holqa tal-artiklu fuq il-gurnal ‘Illum’ :
http://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/45844/wara_ssilenzju_millfreeport#.V30xFvl97IV

Advertisements