Il-poplu tar-Renju Unit iddecieda. Iddecieda li jtemm is-shubija tieghu mal-Unjoni Ewropea. Shubija li ghal dawn l-ahhar snin kienet dejjem qed tidher li se tintemm xi darba jew ohra. Kienu l-gvernijiet Inglizi li dejjem irnexxielhom jeghlbu l-ostakli u jibqghu jahdmu mat-teknokratici u politikanti ta’ Brussell. Izda issa, il-gvern prezenti kellu jbaxxi rasu ghal din il-pressjoni.

brexit-300x241

Il-poplu tar-Renju Unit iddecieda – BREXIT! Sors tar-ritratt: chronicle.com

David Cameron se jibqa’ msemmi bhala l-Prim Ministru li ghamel suwicidju politiku. Sabiex jirbah l-elezzjoni generali sena ilu, kellu jwieghed proposti li jinghogbu mal-ewroxettici u konservattivi fi hdan il-partit tieghu stess. Offra li jsejjah referendu wara li jerga’ jinnegozja termini godda mal-Unjoni Ewropea. Wara diversi negozjati, il-gvern Ingliz ressaq it-termini li kienu se jinbidlu jekk ir-Renju Unit kien se jiddecidi li jibqa membru shih tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-termini, il-poplu remihom barra mit-tieqa. Remihom ghax iddejjaq bil-burokratici ta’ Brussell.
Ghalkemm il-kampanja tal-‘Leave’ kienet mibnija fuq l-emozzjoni u holm, zgur li kienu qed jitkellmu bil-lingwagg tan-nies u laqtu l-materji li huma ta’ problema ghalihom. Ic-cittadini kienu ilhom juru li qed idejjaqhom id-distakk li hemm bejnhom u bejn l-istituzzjonijiet Ewropej. Haga hija certa – r-Renju Unit holoq zewg precedenti kbar li jistghu jhallu terremot fil-blokk Ewropew:

  1. Rega’ nnegozzja termini mal-Unjoni Ewropea
  2. Mhux se jibqa’ membru tal-istess Unjoni

Nittama li issa, il-mexxejja Ewropej jieqfu jparlaw kliem mimli retorika w jiffukaw iktar fuq il-materji li c-cittadin Ewropew irid jiffaccja wiccu maghhom kuljum. Il-politikanti, burokratici u teknokratici Ewropej iridu jaraw liema interess qeghdin jaqdu, u x’inhu l-iskop taghhom li qed jahdmu f’dawn l-istituzzjonijiet.

Fuq nota ohra, hareg li r-rizultat tal-Leave kien ddominat minn maggoranza ta’ nies b’livell t’edukazzjoni baxxa u dawk li huma kbar fl-eta’. Ma nistax nifhem ghalfejn qed isir tghajjir fil-konfront taghhom minn dawk li jghidu li huma paladini tad-demokrazija! Mela mhux vot ghandhom ukoll? Ma ninsewx li jekk iz-zghazugh twieled fl-era tal-UE prezenti, l-anzjan daq it-tibdil fl-UE matul is-snin. Tahseb li l-anzjan se jivvota kontra l-interess t’ibnu? Jekk l-inqas edukat, anki jekk huwa biezel u jahdem, iddecieda li jivvota leave, sinjal li l-UE mhux qed tolqot lil kulhadd bl-ahjar mod.

Qabel ma noqghodu nghajjru lill-poplu tar-Renju Unit ikun ahjar li niefqu u nifhmu sew x’inhu ghaddej madwarna. Is-sitwazzjoni hija skomda ghal kulhadd, kemm ghar-Renju Unit kif ukoll ghall-pajjizi Ewropej.

Advertisements