Tags

, , , , , , ,

Il-marelli x’paniku inqala’ ghax dan kollu kien hawn min ressaq protest gudizzjarju sabiex f’Malta tithallha tidhol il-‘morning-after pill‘ b’mod legali, ghand l-ispizjar!

morning-after-pill

Morning-after pill – Il-pillola tal-mument!

Gazzetti, ahbarijiet, siti socjali, kull fejn thares din saret l-issue tal-mument. Li jinkwetani fuq dan il-ghagha kollu huwa li minflok qed ikun hawn diskussjoni serja fuq l-uzu ta’ din il-pillola kontracettiva, qed nara hafna kummenti u argumenti li jhawdu il-hass mal-qarabaghli!

Aghar min hekk, regghet qed tiddahhal kampanja ta’ biza u argumenti bazwija (ez: li jekk tigi legali din il-pillola jizdied l-istupru!). Meta ha nimmaturaw? Ghadni qed nittama li f’dan il-pajjiz, ghal darba, nassistu ghall-diskussjoni serja w informattiva.

Haga li zgur innutajt minn din l-issue huwa li l-poplu taghna huwa nieqes ferm mill-informazzjoni u mill-edukazzjoni sesswali. Dawn it-temi dejjem kienu tabu’ ghall-poplu taghna u allura bqajna injoranti f’dan ir-rigward.

Ma nistghux nibqghu poplu reattiv. Dawn ir-realtajiet iridu jkunu temi ta’ diskussjoni fl-iskejjel taghna, nedukaw liz-zghazagh taghna bir-realta’ ta’ madwarhom. Mhux tghalim b’indotrinazzjoni, izda edukazzjoni permezz ta’ diskussjoni u ricerka. Hemm bzonn li nsiru analitici u kritici.

 

Advertisements