Tags

, , , , , , , ,

F’dan il-Pajjiz ghandna d-don li nifhmu fuq kollox. Ghadna opinjoni ghal kollox, politika, sports, festi, ahbarijiet ecc ecc. Anzi, kultant iktar milli opinjoni, hafna jkunu qed joffru soluzzjoni tant kemm ikunu konvinti minn dak li jkunu qed jghidu! Esperti.

blabla

Parla u ikteb kemm tiflah, anki jekk ma tifhemx.  Sors tar-ritratt – Twitter Blabber Brothers

L-iktar sors ta’ divertiment (izda fl-istess hin tal-biki) huma l-famuzi kummenti li wiehed jikteb fuq certi news-portals lokali. Tara l-gherf hiereg, li hafna minn drabi (nahseb 80% ghalkemm mhux xjentifikament ippruvat) joqghodu biss fuq dak li jkun hemm miktub fit-titlu. Il-bqija tal-artiklu huwa irrelevanti…aqbad u kkummenta! Bilhaqq, u ma ninsewx lil dawk li jikkummentaw kwazi fuq kull ahbar li jkun hemm, donnu m’ghandhom xejn iktar x’jaghmlu f’hajjithom. Alla jbierek, prosit!

Umbghad ghandek l-isport. Bhalissa Malta kollha, jew tal-inqas dawk kollha dilettanti tal-EURO, issir bejta ta’ coaches u analisti sportivi. Hafna drabi l-post on-line fejn jigu mqassma dawn il-hsibijiet ikunu fuq s-siti socjali. Kultant nistaqsi lili nnifsi xi jkunu qed jaghmlu waqt il-loghba…jarawha jew mohhom fil-mobile/tablet/laptop biex mal-ewwel azzjoni jaqbdu w jiktbu xi haga?

Il-possibilita’ li wiehed jesprimi ruhu hija liberta’ sabiha. Madanakollu facli taqa’ fin-nasba li taqbad u tispara l-opinjoni tieghek bla ma tqis xejn. Ghalhekk ikun iktar ghaqli li wiehed jaqra u jahseb ftit qabel ma jghid cucata!

Advertisements