Tags

, , , , , , ,

Kemm hadt gost nisma’ bl-ahbar li Marsaskala FC se jkollhom grawnd tal-futbol. Dan il-klabb ilu imwaqqaf ghal sitt snin biss bit-tim jikkompeti fit-tielet divizjoni tal-kampjonat Malti.

mscalabbuga

Minn fuq: Impressjoni artistika tal-grawnd tal-futbol (M’Scala), Il-pixxina tal-Waterpolo (Birzebbuga), il-fazi tal-kostruzzjoni tal-grawnd tal-futbol (Birzebbbuga)

Jien noqghod Birzebbuga fin-nofsinhar ta’ Malta, regjun li safa’ abbuzat mill-izvilupp industrijali bla kontroll. Naf xi jfisser li tkun tifel li thobb il-futbol izda l-klabb tar-rahal tieghek ma jkollux il-facilitajiet mehtiega. Li kieku mhux ghax kienet id-determinazzjoni tal-youth nursery li, baqghu jinsistu biex isibu faciltiajiet adekwati ghat-tfal membri maghhom, kieku illum Birzebbuga ilha bla nursery! Ukoll, it-tim tal-kbar (Birzebbuga St.Peters) kien strumentali biex diversi zghazagh li jitilghu min-nursery ikunu jistghu jaspiraw li jilbsu l-flokk tar-rahal taghhom. Bqajt nitharreg sakemm kelli 18-il sena, fejn kelli nieqaf minhabba injury

Kellhom jghaddu iktar minn ghoxrin sena biex Birzebbuga tkun vicin li jkollha grawnd addattat. Ilna mill-bidu tas-snin disghin nigu mghoddija biz-zmien mill-awtoritajiet u Gvernijiet. Matul dawn l-ahhar snin kien hemm avvanzi kbar, u issa kollox jidher li fix-xhur li gejjin Birzebbuga se jkollha grawnd tal-futbol ta’ livell.  Ukoll f’Birzebbuga insemmi l-progett tal-pitch tal-waterpolo, li jinsab fi stadju ferm avvanzat u kollox jindika li s-sajf li gej il-pixxina se tkun miftuha ghall-pubbliku.

Ghalhekk, niehu gost nara li klabbs ohra fl-inhawi tal-madwar qed jigu assistiti ferm ahjar mill-awtoritajiet, minghajr ma jdumu ghexieren ta’ snin biex ikollom facilita’ dicenti ghat-tahrig.

Nifirhilhom minn qalbi.

Advertisements