Tags

, , , , , ,

Propju l-bierah filghaxija l-Partit Laburista hatar Deputat Mexxej gdid ghall-Affrijiet tal-Partit. L-avukat Chris Cardona ha l-irwol vakant mill-avukat Toni Abela u l-Ministru Konrad Mizzi.

Bhala delegat tal-Partit Laburista, nixtieq nawgura l-hidma t-tajba lil Chris Cardona fir-rwol il-gdid tieghu. Nirringrazzja lil Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi, zewg persuni validissimi, ghall-hin u l-hidma taghhom mad-delegati kollha tal-Partit u ghall-vizjoni li pprezentaw ghall-gid tal-Partit Laburista u tal-Pajjiz.

bonnici cardona zrinzo

It-tlett kontestanti ghall-kariga ta’ Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Partit – PL

Dawn l-ahhar ftit xhur kienu turbolenti ghall-PL u ghall-Gvern Laburista. Madanakollu, l-Gvern baqa’ ghaddej bil-hidma tieghu ghall-gid tas-socjeta’, filwaqt li l-elezzjoni fi hdan il-PL serviet t’opportunita’ ghal bosta delegati w attivisti biex jevalwaw is-sitwazzjoni prezenti tal-partit, l-isfidi li hemm bzonn jigu indirizzati u l-hidma necessarja. Aktar minn semplici evalwazzjoni, d-delegati setghu jghatu joffru soluzzjonijiet ghall-isfidi li ghandu quddiemu l-Partit.

Issa huwa importanti li l-istrutturi tal-PL jergghu jissahhu u jissoktaw fuq il-hidma li hemm bzonn sabiex il-Partit jibqa’ relevanti ghas-socjeta’ u l-elettorat. Hidma li trid tkun mibnija fuq is-sisien sodi tal-ideali politici socjal-demokratici, vicin tan-nies ghall-gid tal-pajjiz. Il-PL huwa l-uniku forza politika f’pajjizna li jista’ johloq il-gid u jahdem sabiex l-istess gid jinhass minn kull faxx tas-socjeta’. Din hija l-politika bbazata fuq l-konvinzjoni u mhux l-konvenjenza.

Biex ikompli jitkattar il-gid bejn kulhadd u ssehh gustizzja socjali hemm bzonn li l-Partit Laburista jkun fil-Gvern. Dan isehh biss jekk il-Partit Laburista jibqa’ maghqud internament,  jilqa’ fi hdanu nies godda, u jwassal messagg wiehed car li jappella ghall-kulhadd.

Advertisements