Tags

, , , , , , , , ,

Il-volontarjat f’Malta huwa s-sinsla ta’ diversi ghaqdiet li qed jaghmlu gid kbir lis-Socjeta’ – mijiet t’individwi li jiddedikaw il-hin taghhom u ta’ familtom ghall-ghan nobbli. Izda kemm qed jigi apprezzat? Kemm qed jinghatalhom sapport ghax-xoghol li jwettqu?

Il-volontorjat huwa wiesgha f’pajjizna – baned, scouts, girl guides, gruppi tal-armar, gruppi taz-zghazagh, ghaqdiet religjuzi, ghaqdiet kulturali, tibda ssemmi ma tieqafx! Huwa pass tajjeb hafna li dawn l-ghaqdiet volontarji jkunu jistghu jissiehbu fil-Kunsill Malti ghas-settur tal-Volontarjat u jinghataw opportunitajiet ta’ tahrig u access ghall-skemi ta’ finanzjament fi progetti. S’hemm tajjeb – izda qed nghinu lil kulhadd bl-istess mod? Kemm hija ekwa din l-iskema?

volutnerrgroup

Voluntiera – Is-sinsla ta’ kull ghaqda volontarja.

Ghalfejn l-ghaqdiet volontarji m’ghandhomx ikunu ezenti mill-VAT, jew tal-inqas ihallsu rata inqas meta jixtru affarijiet ghall-operat taghhom?
Ghalfejn dawn m’ghandomx ikollom rata specifikament ghalihom fejn jidhol konsum tad-dawl u l-ilma?

Fir-rigward ta’ propjeta’, l-ghaqdiet volontarji ghandhom jinghataw l-ghajnuna sabiex ikunu jistghu jsibu post addattat minn fejn joperaw….u mhux isibu l-ostakli dan kollu ghax huma ghaqda volontarja u mhux xi imprenditur jew entita’ kummercjali!

Is-sapport finanzjarju u materjali huwa essenzjali. Ghalhekk, ikun tajjeb li tinholoq sistema fejn tkun aktar attraenti ghall-kumpaniji u negozji biex jghatu sponsorships lil dawn l-ghaqdiet volontarji, minghajr distinzjoni.

Hag’ohra…tista’ tinholoq skema li minnha jibbenefika l-voluntier? Huwa minnu li voluntier jiddedika hinu minn qalbu, izda dan ma jfissirx li ghandu jittiehed for granted.

Zgur li bi ftit kreattivita’ u rieda, l-iStat jista’ jghati rikonoxximent lil dawn l-individwi talli qed ikunu parti strumentali mis-sinsla kulturali u socjali tal-pajjiz.

Advertisements