Tags

, , , , , , ,

Ikun hazin jekk wiehed jinsa minn fejn telaq.

Ikun hazin jekk hawn min jahseb li r-rebha tal-2013 kienet it-tragward ahhari ta’ dan il-Partit. Il-hidma ta’ Gvern, Ministeri, entitajiet iggib maghha responsabbilitajiet kbar – responsabbiltajiet li jolqtu direttament lill-familji, lill-poplu…fl-ahhar mill-ahhar, il-Gvern jeleggieh il-poplu u hadd iktar. Dan il-Gvern dahal ghal din ir-responsabbilta’ u qed narawha b’mod car.

L-gheruq socjal-demokratici taghna huma u ghadhom relevant fid-dinja moderna tal-lum. Min, jekk mhux dan il-moviment, jista’ jhaddan u jwettaq politika socjal-demokratika?

DSC_7134

KGA 2016 – Partit Laburista

Dan l-ideal politiku qed jidher fil-hidma li wettaq Gvern Laburista matul dawn it-tlett snin. Qed nesperjenzaw bidla fil-mentalita’ ta’ kif isiru l-affarijiet gewwa dan il-pajjiz. Ekonomija li kienet qed tistagna, ghal wahda li kibret sena wara ohra. Settur turistiku li kompla jibni fuq it-tajjeb li kien hemm u qed igib aktar turisti fil-perjodi low season. Settur edukattiv li qed ikompli jinvesti fl-istudenti u l-istituzzjonijiet taghna. Incentivi godda ghan-negozjanti, family-friendly measures, zieda fil-pensjonijiet, medicini, sistema ta’ sahha b’xejn sostenibbli u diversi mizuri ohra li zgur, kull wiehed jew wahda minna, bbenefika minn mizura li dahhal dan il-moviment kemm ilu fil-Gvern.

Ma rridux ninsew illi kieku kien hemm Partit Nazzjonalista fil-Gvern, dawn il-mizuri qas biss konna noholmuhom, ahseb w ara kemm ingawdu minnhom!

Madanakollu, ma nistghux niefqu minn hidmietna u noqghodu niftahhru biss b’dak li ghamilna f’dawn it-tlett snin. Legislatura hija mqassma fuq hames snin, u l-hidma trid tkun kontinwa, nahdmu b’saqajna mal-art u qalbna mac-cittadin.
Fadal hafna xi jsir u kollha kemm ahna ghandna inkunu determinati iktar mis-sena 2013 sabiex nibqghu nahdmu ghall-gid ta’ pajjizna. Irridu nahdmu iktar minn qatt qabel sabiex nizguraw rebha ohra Laburista, rebha ohra ta’ dan il-Moviment, rebha ohra ta’ Poplu sabiex ikompli jitkattar il-gid f’din is-socjeta’.

Advertisements