Tags

, , , , , , , ,

Ic-celebrazzjonijiet ta’ Jum il-Haddiem gew u marru. Il-poplu rrisponda bi hgaru ghas-sejha tal-Partit Laburista u kienu l-eluf li marru jisimghu l-messagg tal-Prim Ministru.

jumilhaddiem16

Il-Prim Ministru ta’ Malta – Joseph Muscat

Fuq is-siti socjali mill-ewwel bdew il-paraguni mal-protesta nazzjonali li kien sejjah il-partit nazzjonalista x-xahar li ghadda. In-numri jitkellmu wahidhom u kien hemm kuntrast enormi jekk wiehed iqabbel iz-zewg folol. Izda jkun hazin jekk noqoghdu nikkumparaw fuq hekk biss. Li l-Prim Ministru jgawdi l-fiducja tal-maggoranza tal-poplu hija indiskutibbli. Din il-fiducja ma waqatx mis-sema. Izda importanti li ma tintilifx.

Jekk wiehed janalizza d-diskors ta’ Joseph Muscat jinduna kemm dan il-bniedem huwa determinat u vizjonarju. Jaf fejn irid iwassal lil dan il-pajjiz, liem setturi jrid itejjeb u f’liema prijorita’. Apparti li elenka l-kisbiet ta’ dan il-gvern, fosthom l-inqas rata ta’ qghad f’pajjizna, il-Prim Ministru pinga t-triq ‘il quddiem ghas-sentejn li gejjin fejn semma’ is-setturi li se jkun qed jiffoka fuqhom il-Gvern. Diskors imqanqal u onest, minn bniedem li qed jirrispondi ghall-kritika tal-Partit Nazzjonalista b’iktar hidma u lealta’ lejn il-poplu li eleggieh.

X’differenza mill-Kap tal-Oppozizzjoni!  Ghandna Kap tal-Oppozizzjoni li mohhu biss biex jattakka lil min huwa Laburist. Simon Busuttil li qas nafu x’lest jaghmel jekk ikun Prim Ministru, x’inhuma l-proposti u l-pjanijiet tieghu sabiex ikompli jkabbar l-ekonomija, jkattar ix-xoghol u joffri futur lil dan il-pajjiz. Busuttil dejjem hekk kien – jiskredita lil kull min hu Laburist u jbezza’ lill poplu li bil-Partit Laburista kien se jkollna bzonn bail-out!

Anki f’nofs din il-kwistjoni tal-Panama Papers, il-Gvern baqa’ ffukat f’hidmietu ghall-gid taghna c-cittadini. Il-poplu ghandu fiducja shiha fil-Prim Ministru Joseph Muscat u fil-Moviment Laburista. Madanakollu huwa importanti li l-Gvern u l-moviment Laburista jibqa’ saqajh mal-art u idejh mal-poplu sabiex ikompli jsawwar din il-fiducja ghall-gid ta’ pajjizna.

Advertisements