Tags

, , , , , ,

Jum il-Haddiem hija festa sinjifanki hafna madwar id-dinja. L-istess ghalina l-Maltin, nhar l-Ewwel ta’ Mejju.

F’dan il-jum infakkru l-bzulija tal-haddiema kollha Maltin u Ghawdxin. Izda ukoll infakkru l-kisbiet internazzjonali u ta’ missirijietna sabiex jghatu drittijiet legali li illum qed ingawduhom u inqisuhom bhala drittijiet bazici.

1may

1 ta’ Mejju, Jum il-Haddiem – L-ikbar celebrazzjonijiet f’Malta jittellghu mill-Partit Laburista.

Ghalkemm uhud jahsbu li din il-festa hija celebrazzjoni dedikata ghal dawk il-klassi ta’ haddiema tal-id, il-blue collar workers, dan m’huwiex minnu. Il-haddiem huwa kull individwu li johrog minn gewwa daru u jmur jaqla’ l-ghixien tieghu u ta’ familtu. Mill-iktar livell baxx fl-istrata ta’ xoghol, sal-ghola imprenditur. Sabiex jitkattar ix-xoghol hemm bzonn kulhadd: struttura legali u sistema politika stabbli, imprendituri b’vizjoni u individwi habrieka biex ikunu impjegati. Katina ta’ nies li b’hidmietom qed joffru tkabbir ekonomiku li jkompli johloq aktar xoghol. Matul dawn l-ahhar snin rajna tkabbir enormi fil-qasam tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tal-haddiema. Iddahhlu diversi mizuri li bihom kibret l-ekonomija, naqas il-qaghad u zdiedu l-flus fil-bwiet tan-nies.

Madanakollu ghandna sfidi godda quddiemna fejn jidhlu drittijiet u kundizzjonijiet ghall-haddiema – f’kull spettru tal-impjiegi. Irridu nissalvagwardjaw lill-haddiem mill-egoizmu tal-kapitalist, mill-kilba ghal profitti esorbitanti, li hafna drabi jkunu frott it-tigbid tal-kundizzjonijiet tal-haddiema. Ghalkemm dawn ikunu permessibbli mil-ligi, wiehed irid ihares lejn il-kwalita’ tal-ghixien li dawn il-haddiema ikunu qed jghixu. Din m’hiex glieda kontra l-kapitalist, l-investitur onest – din hija glieda kontra l-mentalita’ egoista u l-isfruttament biex igawdu ftit shareholders. L-impjegat mhuwiex numru.

Wara kull impjegat, hemm bniedem, hemm familja.

Nawguralek Jum il-Haddiem it-tajjeb!

Advertisements