Tags

, , , , , , ,

Il-maratona ta’ diskussjoni fil-Parlament waslet fi tmiemha. Fost id-diskorsi differenti li kien hemm, wiehed seta’ jinduna bid-differenza bejn iz-zewg partiti. Fuq naha kellek partit fil-Gvern li kull esponent tieghu tkellem dwar il-hidma kbira li wettaq fi tlett snin kemm ilu imexxi, filwaqt li fuq in-naha l-ohra kellek il-kelliema tal-oppozizzjoni li l-unika mira taghhom kienet biex ihammgu lill-pajjiz.

World-Car-Free-Day

Qed jaspira li jkun Prim Ministru. Sors tar-ritratt tvm.com.mt

L-oppozizzjoni ressqet mozzjoni ta’ sfiducja fil-Gvern bl-iskuza tal-Panama Papers.
Skreditaw lil dan il-Gvern. Skreditaw kull decizjoni li ttiehdet. Ippruvaw ibezzghu u jdahhlu d-dubji. Waddbu t-tajn minghajr skrupli. Qed juzaw l-iskuza tal-interess Nazzjonali ghall-iskopijiet politici opportunistici taghhom. Hekk biss jafu jaghmlu.

X’tippretendi? X’tistenna minn partit li huwa mifni b’nies li ghandhom baggage politiku mudlam?

Umbghad tkellem il-Kap tal-Oppozizzjoni. Kap, li qed jaspira li jkun Prim Ministru.
Stennejt li se jaqsam il-vizjoni tieghu mal-poplu Malti u Ghawdxi. Hsibt li se joffri ispirazzjoni ghaz-zghazagh. Hsibt li ser joffri serhan il-mohh fl-impjiegi. Hsibt li ser isemmi l-pjanijiet tieghu ghall-energija, ghas-sahha, ghas-servizzi socjali, ghall-edukazzjoni….wara kollox dan kiteb tnejn jew tlett manifesti elettorali!

Kont zblajat.

Offrieli biss l-iskalora!

 

Advertisements