Tags

, , , , , , , ,

Hekk qalet persuna edukata u pulita hafna lill-gurnalista ta’ ONE News propju l-bierah quddiem il-Qorti (meta Simon Busuttil organizza lin-nies tieghu ghat-teatrin li rajna).

Ghal din il-persuna, “hax** f’sorm Malta” ghal-tlett snin tfisser:

pnclass
Childcare bla hlas
Zieda fl-istipendji
Investiment fl-Edukazzjoni
Rati inqas t’Income Tax
Zieda fil-pensjonijiet
Ghajnuna lill-First-Time Buyers
Drittijiet civili godda
Stipendji ghal min jirrepeti
Sostennibilita’ fis-settur tas-Sahha
Riformi fis-qasam tal-gustizzja
Ekonomija li kibret b’rata bla precedent
Turizmu li qed jikber tul is-sena kollha
Medicini b’xejn out-of-stock saret haga tal-passat
Tnaqqis fil-waiting-lists ghall-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei
Tnaqqis fir-rata tal-qghad
Enemalta salvata minn falliment
Kontroll fuq l-gholi tal-hajja
Tkattir ta’ xoghol, investimenti w impjiegi
Rohs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Stabbilita’ u rohs fil-prezzijiet tal-fuel
Investiment fil-qasam tal-energija favur arja aktar nadifa
Opportunitajiet ta’ tahrig fil-lokalitajiet
Riformi fil-qasam tal-ippjanar
Konsultazzjoni u Revizjoni fit-trasport pubbliku
Investimenti kbar mis-settur privat fl-edukazzjoni u s-sahha
Rifuzjoni tal-VAT doppja li thallset fuq xiri ta’ vetturi second-hand
Sistema ta’ Sigurta’ Socjali sostenibbli
Drittijiet ghall-persuni b’dizabbilta’
Iktar flus fil-bwiet tan-nies
Investiment infrastrutturali
ecc ecc…

Nimmagina li dik is-sinjura zgur gawdiet direttament minn tal-inqas tnejn fost il-mizuri msemmija!

Allura sar kollox tajjeb? Le! Nammetti li saru zbalji w ttiehdu l-passi li kien hemm bzonn:

Il-kaz tal-Cafe’ Premier – il-Prim Ministru ccara l-affarijiet dwar dan u r-rapport tal-AG ikkonferma li l-hlas kien skont il-valur tas-suq.
Il-kaz ta’ Gaffarena – Saret investigazzjoni, irrizenja s-Segretarju Parlamentari u hemm kaz il-qorti biex jigi revokat il-permess.
L-isparatura ta’ taht il-mina – irrizenja l-Ministru u min kien responsabbli.
Panama Papers – Ghaddejja investigazzjoni. Minn naha tal-Ministru Konrad Mizzi u Chief of Staff Keith Schembri. Il-Prim Ministru iddikkjara kemm il-darba li se jibbaza d-decizjoni tieghu skont l-ezitu tal-investigazzjoni w mhux se jinjora s-sentiment tal-poplu.

Bhal kull haga ohra, dejjem ha jkun hemm in-negattiv – izda ikun ferm aghar meta dak in-negattiv tahbih, tibqa’ tippersisti fih u ma tiehux azzjoni dwaru. Taht it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, din l-attitudni m’hiex ttollerata.

Meta wiehed iqabbel fejn kien 4 snin ilu, ghal fejn qieghed illum, zgur li bhala cittadini mxejna il-quddiem, il-pajjiz mexa’ l-quddiem, u dawn l-opportunitajiet qed iservu ta’ gid ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin.

Advertisements