Tags

, , , , , ,

Ara daqxejn f’liema livell gabu l-politika Maltija!

L-oppozizzjoni lesta taghmel minn kollox biex tizra’ l-firda u l-mibgheda fost il-poplu Malti. Simon Busuttil u shabu jharsu lejna c-cittadini bhala tal-wicc blu jew ahmar.

L-oppozizzjoni ghandha dritt li tikkritika u tqajjem mistoqsijiet fuq in-nuqqasijiet tal-gvern, izda qatt m’ghandha tizra’ mibgheda u hdura fost il-poplu. Tghajjir u kliem ta’ firda m’huwiex accettabbli minn persuna li qed jaspira li jkun Prim Ministru. Tal-misthija!

simonbusuttilqorti

Il-Kap tal-Oppozizzjoni – Bniedem li qed jizra’ l-firda fost il-Poplu Malti u Ghawdxi ghall-iskopijiet partiggjani tieghu. Sors tar-ritratt illum.com.mt

Talk is cheap – Simon Busuttil, qabel ma jilghaba tal-vergni u qaddis, qas kien kapaci jehles minn-nies ta’ madwaru li huma mtappna bil-passat taghhom. U dan mill-kumdita’ tal-oppozizzjoni, ahseb u ara jekk ikun fil-gvern kemm se jkun iebes maghhom! Iddefenda lil Giovanna Debono fil-kaz tax-xiri tal-voti, zamm lil Tonio ‘Arloggi u Karozzi’ Fenech, Toni ‘Xoghol fil-kazin’ Bezzina u Joe Cassar fil-grupp tieghu, ma tkellem xejn fuq il-kaz tal-konkos fil-bini tal-isptar Mater Dei u hafna hnizrijiet ohra li graw meta l-partit tieghu kien fil-gvern. Dawn m’humiex spekulazzjoni, izda huma flejjes li hallasna ghalihom diga, jew ghad iridu jithallsu, minn butna!

Is-sitwazzjoni politika kienet ferm iktar matura meta fl-ahhar legislatura il-gvern ta’ Gonzi kien qieghed imdendel b’hajta. Qatt ma rajna dawn it-teatrini, glied u tghajjir! Kellna zewg kapijiet ta’ partiti li hadmu kampanja rispettabbli, inkluz il-partitarji bejnietom. Illum sfortunatament ghandna kap tal-oppozizzjoni li iktar kapaci jifred, milli jghaqqad.

Semplici, l-oppozizzjoni trid iddahhal il-mibgheda u l-pika ghall-gwadann taghha. L-oppozizzjoni interessata biss biex taghmel il-hsara lill-gvern (= lill-pajjiz!), sensazzjonalizmu u assassinju tal-karattru biex jirbhu xi punti politici.

Il-poplu rizultati irid, u mhux teatrini tal-kummiedja.

Advertisements