Tags

, , , , , , , ,

F’dawn l-ahhar jiem smajna bil-possibilita’ li l-membru parlamentari indipendenti Marlene Farrugia twaqqaf partit gdid. B’daqshekk ma fiha xejn hazin. Izda nistaqsi, fuq liema bazi se tkun qed tibni dan il-partit?

Jien kontra l-korruzzjoni, u tajjeb li jkollna politikanti li jahdmu kontra l-korruzzjoni. Madanakollu, huwa bizzejjed biex ikollna partit li l-bazi tieghu hija l-korruzzjoni? Il-poplu jista’ jaghti fiducja lil xi hadd mill-kandidati ta’ dan il-partit meta dan ifisser li qed johoda kontra l-mizuri tajbin li qed iwettaq dan il-Gvern? Huwa minnu li saru zbalji mill-Gvern tal-gurnata, izda jekk wiehed jeskludi l-kumpanija fil-Panama ta’ Konrad Mizzi, prezentament, xi kritika hemm fil-konfront tat-tmexxija tal-Gvern?

marlenefarrugia

Marlene Farrugia (MP Indipendenti) eletta mill-Hames Distrett f’isem il-Partit Laburista. Sors tar-ritratt illum.com.mt

Ma ninsewx li Marlene Farrugia bilkemm qed tirrikonoxxi t-tajjeb li qed iwettaq il-Partit Laburista fil-gvern. Meta kienet mistiedna fuq Xarabank, fost il-hafna kliem li ntqal, bilkemm kienet kapaci tlissen tlett mizuri li wettaq Gvern Laburista favur ic-cittadini! Huwa hawnhekk fejn naqbad ninkwieta u nithasseb.

Ghalhekk meta nara hekk, nemmen li din l-idea ta’ partit iehor hija biss idea tas-sahna tal-mument u instigata bi tpattija ghal certi decizjonijiet li ttiehdu mit-tmexxija prezenti. L-allegazzjonijiet li ghaddejjin bhalissa qed jintuzaw sabiex jinholoq momentum favur dan il-partit u jinqeda bl-issues personali li jkunu qed jghaddu minnhom xi individwi. Dan huwa opportunizmu politiku immirat biss biex ixekkel il-hidma tal-gvern.  Bhala elettorat, huwa difficli li nafda persuna bhal Marlene li, ghalkemm kultant tressaq argumenti tajbin, wiehed jinduna li l-iskop taghha huwa biss ta’ tpattija.

Li tghid li ser ikun partit ghal dawk in-nies dizilluzi minn xi partit jew sahansitra mill-politika, diga qed turi li m’ghandekx bazi soda t’ideal u proposti holistici ghat-tmexxija tal-pajjiz.

Advertisements