Tags

, , , , , , , , , ,

M’hiniex xi wiehed li nifhem fil-kompetenza tal-qdif, izda dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ Birzebbuga ghalija huwa emozzjonanti u t’interess. Inhoss li huwa dmir u obbligu tieghi li nitla’ nghati s-sapport lit-tim mir-rahal.

Fl-istorja qasira minn meta rega’ twaqqaf il-Klabb Regatta Birzebbuga (Novembru 2004), l-unuri kienu inkoragganti: Rebbieha tal-Kategorija B fir-regatta tat-8 ta’ Settembru 2008, kif ukoll Rebbieha tal-Kategorija Open 2015 u Rebbieha tal-Kategorija B 2016 fir-Regatta tal-31 ta’ Marzu. Ma dawn kien hemm ukoll rebh ta’ palji f’diversi tigrijiet matul is-snin. Dan ir-rebh huwa t’unur ghall-klabb, iktar u iktar meta wiehed jara l-kundizzjonijiet u s-sede minn fejn jopera!

regattawin

Klabb Regatta Birzebbuga – Rebbieha tax-Shield Kategorija B – Regatta 31 ta’ Marzu 2016

Semplici, l-Klabb Regatta Birzebbuga m’ghandux post adekwat minn fejn jista jopera. Li kieku ma kienx ghall-hidma sfieqa tal-membri tal-kumitat, u ghajnuna tal-isponsors principali taghhom,  qas biss ghandhom z-zewg containers (saru mhazen zghar) li qed jutilizzaw bhalissa! Tajjeb li nzid nghid li dawn huma containers tal-merkanzija, minghajr insulation partikolari u li jistghu jikkawzaw hsarat kbar ghad-dghajjes taghhom. Apparti min hekk, dawn m’ghandhomx post ufficjali fejn jiltaqghu bhala kumitat, qaddiefa u membri. Il-mahzen misluf lilhom li ghandhom max-xatt tal-Isla huwa essenzjali waqt it-tahrig, pero dan m’huwiex prattiku ghall-hidma li hemm bzonn matul is-sena.

Tajjeb insemmi li fir-regatta tal-31 ta’ Marzu 2016 (Birzebbuga rebhat Kategorija B) d-dghajjes kollha li utilizzaw Birzebbuga huma mghamulin minn Mario Aquilina (tar-Ratal), mastru fix-xoghol tal-opri tal-bahar u membru attiv fil-kumitat tal-klabb. Anki l-qaddiefa partecipi huma ulied Birzebbuga jew prodott tal-klabb, uhud b’etajiet li ma jaqbzux it-tmintax il-sena!

Jien nemmen hafna fil-frott li tista’ thalli nursery tat-tahrig. Iz-zghazagh, u n-nies li jkunu ihobbu l-lokal huma l-uniku tama li l-isport ma jitlifx il-valur tieghu f’dinja fejn kull ma jmur qed jirbah l-impatt u l-fottiment finanzjarju.

Wasal iz-zmien li l-awtoritajiet jiehdu bis-serjeta’ l-karba ta’ dan il-klabb li kull ma jmur qieghed jikber anki jekk baqa’ jissielet wahdu kontra d-diffikultajiet kollha li qed jiffaccja.  Dan qed nghidu mhux biss ghall-gid ta’ dan il-klabb u l-kumitat habrieki, izda ghall-isport tar-regatta ingenerali.

Advertisements