Tags

, , , , , , ,

Ma nistax nifhem kif qatt tista tahdem kontra pajjizek!

Ghaliex din il-hdura u din il-kilba ghall-poter? Ghaliex qed isiru dawn il-mossi minn taht sabiex jippruvaw jimminaw il-hidma tal-Gvern kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali?

simon.pn

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Dr. Simon Busuttil.

L-oppozizzjoni Nazzjonalista kellha l-opportunita’ li turi kemm verament thares l-interess nazzjonali qabel dak partiggjan. L-oppozizzjoni Nazzjonalista kellha c-cans li, bhalma ghamlet oppozizzjoni Laburista fil-passat, tahdem id f’id mal-Gvern biex nuru li dan il-pajjiz huwa politikament matur fejn jidhlu nomini u hatriet fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Madanakollu l-oppozizzjoni Nazzjonalista, immexxija minn Simon Busuttil u shabu, harset biss sal-ponta ta’ mnehirha. L-oppozizzjoni rat biss opportunita’ biex tipprova tghati gambetta ohra lill-Gvern.

Kif tista’ tafda bniedem li filli jghajjat bil-politika onesta umbghad jibqa’ sieket fuq manuvri ta’ dan it-tip?

Politika tat-Teatrini.

#manemmnikx

Advertisements