Tags

, , , , , , , , ,

Il-Knisja, bhal kull istituzzjoni ohra f’pajjizna, ghandha d-dritt li tesprimi l-opinjoni taghha fuq proposti mressqa mill-gvern, specjalment fejn jidhlu drittijiet tal-bniedem u kwalunwke materja li tista’ tinfluwenza t-taghlim taghha. Madanakollu, l-Knisja m’hiex istituzzjoni kwalunkwe, u allura l-opinjoni taghha ggorr responsabbilta’ kbira u trid tkun meqjusa sew.

Bhalissa ghaddejja diskussjoni fuq id-dokument mahrug mill-kumitat imqabbad mill-Knisja f’Malta rigward l-abbozz ta’ ligi impressaq mill-gvern dwar il-Conversion Therapy. Il-kontenut ta’ dan id-dokument qajjem kontroversja mal-komunita’ LGBTIQ u ma’ dawk kollha li huma favur li tali ligijiet ikunu prezenti sabiex jipprotegu l-liberta’ tal-bniedem.

gaydemonsout

It-Terapija tal-Konverzjoni hija hrafa li tissarraf biss fi hsara ghal min jghaddi minnha. Ghalhekk huwa pass importanti li tiddahhal ligi li tikkriminalizza terapiji ta’ konverzjoni.

Sfortunatament f’dan il-pajjiz iktar mohhna biex nikkonfrontaw l-argumenti milli biex insibu konvergenza fil-proposti. Mentalita’ tal-iswed kontra abjad, il-qaddisin kontra x-xjaten! Issa jew ha nahdmu ghall-gid tad-drittijiet tal-bniedem jew inkella se noqghodu komdi fuq il-pultruna nippruvaw niddettaw l-affarijiet skont il-finijiet u l-pregudizzji taghna. Zgur li l-abbozz tal-ligi ghandha fejn tittejjeb, izda d-diskussjoni ghandha tkun wahda responsabbli u rispettabbli.

Il-Knisja trid tkun lesta tisma’ u tifhem aktar l-aspetti varji li qed jiffurmaw is-socjeta’ prezenti. It-twemmin u l-fidi taghha ghandu jibqa’ sod u validu, izda dan m’ghandux iservi biex jizra’ firda bejn il-bnedmin abbazi tal-orjentazzjoni sesswali taghhom.

Advertisements