Kemm inqalghu teoriji u argumenti dwar l-istituzzjoni tal-American University of Malta….issa imsemmija ufficjalment bhala American Institute of Malta. L-ewwel kontroversja kienet minhabba z-zona proposta, imbaghad minhabba l-kurrikulu u ricentament minhabba l-isem! Kulhadd ghandu l-opinjoni tieghu fuq dan il-progett, ghax kif jghidu, mitt bniedem mitt fehma. Tajjeb li wiehed iqajjem mistoqsijiet ambjentali u dwar l-uzu efficjenti tar-rizorsi li ghandna, izda hazin jaghmel dak li jipprova jirbah punti politici billi jhares sal-ponta t’imniehru.

M’hijiex kompetenza tieghi li nhares lejn in-negozjati li saru biex gie dan il-grupp ta’ investituri, izda zgur li minn pass bhal dan pajjizna jista’ jhares biex jiftah nicca ohra ta’ eccellenza.

AIM_zonqor_bormla

Is-siti ghall-AIM f’Wied il-Ghajn u Bormla. Sors tar-ritratt tvm.com.mt

Pajjizna ghandu hafna x’joffri – apparti li hawn klima politika stabbli, il-pajjiz huwa wiehed sikur u t-temp jippermetti li jkun attraenti ghal bosta nies, il-kwalita’ ta’ edukaturi li ghandna hija wahda mill-gholjin.

 

Matul dawn l-ahhar snin rajna tkabbir fejn jidhlu skejjel tat-taghlim tal-lingwa tal-Ingliz, izda m’ghandniex nieqfu hemm. Il-potenzjal li nsiru centru t’eccellenza fl-edukazzjoni huwa prezenti – issa sta ghall-Gvern biex ikabbar din in-nicca. Jekk il-Gvern ikun kapaci li jhajjar u jghin lill-istituzzjonijiet edukattivi privati jigu jinvestu f’pajjizna, inkunu qed insahhu s-sistema, u s-settur, li kull ma jmur iktar qed tkun strumentali.

Ghalhekk, anki jekk wiehed jista’ jkollu r-riservi tieghu fuq il-mod kif tfasslet l-istrategija ghall-AIM, dan m’ghandux iwaqqaf lil kwalunkwe Gvern milli jimrah u jincentiva t-tkabbir tas-settur edukattiv privat. Ghandna nuzaw l-energija taghna biex nkomplu niddiversifikaw l-ekonomija taghna u inkabbru qasam li jista’ jkollu domino effect fuq diversi setturi ohra li jmissu mieghu.

Advertisements