Tags

, , , , , , ,

 

Ijsa, ijsa, ejja ha nwaqqghuh ghac-cajt lil-Lejber. Ijsa, aghmel share u itfa kumment kontra Gowzef!

Iva, qed nirreferi ghall-clip li aghmlu l-programm Taljan ‘Le Iene.’ Programm li insegwih minn zmien ghal zmien ghax jinvolvi investigazzjoni bla kantunieri. Dan ma jfissirx li naqbel mal-mod taghhom pero rridu nammettu li huma entertainers tajbin f’xogholom.

Parlament.mt

Il-Parlament ta’ Malta. Sors tar-ritratt: http://www.tvm.com.mt

Lura ghall-qasam lokali.  Imma kemm hawn min jara biss sal-ponta t’imniehru f’dan il-pajjiz! Marelli, kif hawn min lest iqassam messagg kontra pajjizu?! Fl-ahhar mill-ahhar il-barrani jigi jitnellah mill-labour, minn-nazzjonalisti, minn Joseph u minn Simon! Il-barrani jara biss il-pajjiz, u ma jghati kaz xejn aktar! Ma nistax innizila li ahna poplu daqshekk mitluf fil-pika partiggjana li ttellifna kull sens ta’ rispett lejn pajjizna. Issa b’daqshekk x’se jiehdu?

Qas biss hadd ma ta kaz il-mod ta’ kif il-gurnalist beda jaghmel il-mistoqsijiet u l-body language li juza – stil li ghal min dara isegwi Le Iene jaf li huwa trademark taghhom. Inzid ukoll il-mod kif irrefera ghall-parlament,  fejn qal li huwa meqjus gojjell u kulhadd jghir ghalina. Insomma, aghmel xogholu sew biex jiddefendi lil pajjizu…bi stil komiku, ghad-detriment ta’ pajjizna u l-poplu Malti kollu. Imbaghad issib min ikompli jitfa’ l-hatab biex ikompli jwaqqa’ lil pajjizu ghac-cajt.

Mhux ser nidhol fil-mertu tal-hlasijiet pendenti li hemm relatat mal-bini tal-parlament. Zgur li dan l-ahhar kien irrapurtat fil-gazzetti lokali li hemm dubji fuq il-kwalita’ t’ammont ta’ gebel li ntuzaw f’dan il-bini. Ghalhekk, ejja nhallu l-awtoritajiet jaghmlu xogholom u nkunu ta’ sapport ghal pajjizna. Ejja nhallu dan il-glied kummercjali jigi rizolt madwar mejda jew inkella fil-qrati. Nemmen li hemm raguni valida ghaliex il-hlas ma kienx komplut.

Intenni, jien qatt ma nista’ nhossni komdu nxandar messagg, mahluq minn pajjiz iehor, bl-intenzjoni  li jipprova jirredikola lil pajjizi. Ikun min ikun fil-gvern.

Il-pajjiz, il-Poplu, huwa ikbar mill-gvern!

Advertisements