Tags

, , , , , , , , ,

Ahna l-Maltin maghrufin li nhobbu nieklu. Izda x’qed naghmlu biex indahhlu mentalita’ bilancjata bejn l-ikel u sahhitna? Kemm qed nippromwovu tahrig fiziku, anki sempliciment mixja biex naghmlu l-qadi fil-lokalita’ fejn nghixu?

losing-inches-but-not-weight

Sors tar-ritratt: http://www.zenfatloss.com/

Illum drajna, u tghazzinna, bl-uzu tal-karozza u sieghat bilqieghda fuq il-laptop jew tablet. Ftit li xejn ghadek tara tfal jiltaqghu barra biex jilghabu. Donnu hemm gap bejn meta jkunu ghadhom tfal taht il-protezzjoni tal-genituri (johduhom il-bandli ecc) ghal meta jkunu qabdu jitfarfru u johorgu ma’ shabhom. Bhal donnu li bejn dak iz-zmien it-tfal taghna qed jippreferu jibqghu jilaghbu gewwa, f’hajja virtwali, milli biex ifittxu xi zona aperta fejn jilaghbu.

Teskludi dawk li jipprattikaw xi sport ma’ xi klabb, ftit li xejn tara min hu fizikament attiv minn jeddu. L-istil ta’ hajja li qed nghixu hija kagun ta’ dan kollu. Illum sirna kollox ta’ malajr, irridu kollox bl-inqas strapazz possibbli u idealment fil-kumdita’ ta’ darna. X’qed niehdu b’dan?  Ukoll, wiehed ma jridx jinsa jsemmi t-tip t’ikel li qed nieklu. Kemm qed niehdu hsieb inrawwmu kultura ta’ ikel nutrittiv gewwa darna? Kemm qed ikun dedikat hin ghat-tisjir fil-hajja mghaggla tal-lum?

Sfortunatament dan it-tibdil fl-istil t’ghixien taghna qed ihalli effett negattiv fuq il-generazzjonijiet li tilghin. Qed naraw rati gholjin t’obezita u inattivita’ fizika fost it-tfal u zghazagh taghna. Inutli inqassmu l-frott fl-iskejjel meta imbaghad il-genituri ma jaghmlux il-parti taghhom tul il-hin l-iehor tal-gurnata. Ukoll, l-isport irid ikun imheggeg iktar.

Id-dinja ser tkompli tinbidel u l-pass tal-hajja ser ikompli jghaggel. Jekk mhux ser niehdu hsieb inrawwmu kultura t’ikel u attivita’ fizika f’uliedna minn issa, se nbatu iktar il-quddiem.

Advertisements