Kemm qed tinqala’ kontroversja kull meta l-Arcisqof Scicluna jesprimi l-opinjoni tieghu. M’hemm xejn hazin li jesprimi hsibijietu dwar dak li jkun ghaddej madwaru. Madanakollu, l-Arcisqof huwa bniedem intelligenti u jaf iwiezen sew dak li jkun irid jghid, u ghalhekk li l-kummenti tieghu jkunu ppjanati biex johloq kontroversja. Kultant hallieni sorpriz b’dak li jkun qal, ghax nippretendi li kap tal-Knisja jaf ikun iktar oggettiv fl-analizi tieghu, u jaf izomm il-boghod minn kontroversji bla bzonn.

Mons.-Charles-J-Scicluna

L-arcisqof ta’ Malta. Sors tar-ritratt: tvm.com.mt

Kif ghidt, ma nara xejn hazin li jaqsam hsibijietu mal-bqija tal-poplu izda kultant inqabblu ma dak li jqabbad is-sulfarina tal-kontroversja. Jekk niftakar sew, rari rribatta l-kritika li tkun indirizzata lejh wara li jkun qal il-kumment tieghu. Anzi, hafna drabi tkun il-media stess li tkompli ssawwar il-kontroversja u teskala l-battibekk li jkun qam bhala risposta ghal dak li jkun qal.

Personalment qatt m’ghamluli effett il-kummenti li qal. Dazgur li nikkummenta fuq dak li jkun qal, hafna drabi bejn il-hbieb, izda nieqaf hemm. Rari nghatihom importanza, specjalment jekk ma jkollhomx x’jaqsmu mal-operat tal-knisja, li taghha huwa kap. Huwa tajjeb li esponenti ta’ istituzzjonijiet kbar ikunu partecipi fis-socjeta’ civili, izda kummenti li jintqalu minghajr bazi oggettiva joholqu hsara u firda bla bzonn.

Ikun ghaqli pero li filwaqt li jkun qed jara x’inhu jigri fis-socjeta’, ihares daqxejn mill-bieb il-gewwa ta’ daru. Il-Knisja taghmel hafna gid fis-silenzju taghha, madanakollu l-Arcisqof ghandu bicca xoghol iebsa quddiemu biex inaddaf u jmexxi l-quddiem l-istituzzjoni li taghha huwa l-kap. Din qed isservi ta’ mazra ghalih, f’ghajnejn is-socjeta’, kull meta jghid xi haga dwar is-socjeta’

Advertisements