Tags

, , , , , , , ,

Ma kont se nikteb xejn dwar dan il-kaz, b’rispett lejn min emmnu, pero ma nistax ma nghaddix ftit rimarki.

41533338d806af09a12d6a7afb44c7b0d2ab3458-1452333274-5690d8da-620x348

Angelik fuq l-gholja ta’ Borg in-Nadur.               Sors tar-ritratt: timesofmalta.com

Ir-religjon Kattolika hija bbazata fuq il-fidi. Kull religjon hija prattikament ibbazata fuq storja, jew skrittura spiritwali. Hadd minna li qed jghix illum ma kien parti minn dik l-istorja. Temmen jekk trid u ssegwi liema twemmin trid. Ovvjament, mhux kull pajjiz iwiezen ir-religjoni bl-istess mod u l-popli huma influwenzati skont il-pajjiz li jghixu fih. Dan nirrispettah u m’ghandi l-ebda problema b’dan. Meta nhares lejn persuna ma nharisx lejn x’lewn hu, jew x’religjon ihaddan, izda nuri rispett lejh bhalma huwa ghandu jaghmel mieghi.

Hadd, jew ftit huma dawk li raw xi dehriet jew ghaddew minn xi grajja sopranaturali. L-individwu huwa dghajjef, u allura jrid jara biex jikkonferma dak li jemmen fih. Nemmen li din il-grajja ta’ Borg in-Nadur kienet hekk. Angelik gabar ammont ta’ segwaci ghax beda jipprova jaqtalhom l-ghatx tal-kurzita’. In-nies emmnuh, mhux kulhadd ovvjament, izda hemm min emmnu b’ghajnejh maghluqa u ma ta kaz xejn li kien qed jigri madwaru verament. Mhux ser nidhol personali fuq Angelik, xejn minn dan, izda wiehed facilment jista’ jara l-kreddibilita’ tal-individwu waqt dawk l-imsejha dehriet li kellu. Huwa hazin ferm li dan l-individwu laghab bis-sentimenti u l-innocenza tan-nies li emmnuh.

Hasra li l-Kurja damet dawn is-snin kollha biex tikkonferma li dawn l-apparizzjonijiet huma vvintati (nifhem li l-knisja kellha taghmel ir-ricerka taghha, u hekk ghandu jkun ghax, wara kollox, kellha individwu li kien qed izeffen fin-nofs lill-Madonna.) Nittama li issa ikun hemm min jieqaf jemmen dawn l-istejjer u jahsibha darbtejn qabel jaqbad jghaggel f’diskorsu.

Min hu kattoliku prattikant m’ghandux ghalfejn jirrikorri ghall-apparizzjonijiet. Il-fidi hi dik li hi – trid temmen fiha biex tghixa!

Advertisements