Ftit tal-granet iku kont qed insegwi l-ahbarijiet lokali u laqatni feature li kien jirrigwarda l-matematika u t-teknologija tal-gadgets. F’dan ir-rapport kien qed jintqal li, bl-uzu tat-teknologija minn eta’ zghira qed twassal biex jitghazzen il-mohh u allura diversi studenti qed isibuha difficli jahdmu sommom hfief – dawk li nafuhom bhala l-mental questions. Uhud ihossuhom inkapaci jahdmu somma semplici, tant li awtomatikament iduru ghall-uzu tal-calculator.

brainwork

Mohhna qed nghazznuh? Sors tar-ritratt: http://www.careergym.com

Ghalkemm inkwetanti, sa certu punt nifhem li t-tfal jippruvaw isibu t-triq il-facli biex jiffrankaw x-xoghol. Haga li inkwetatni l-iktar kienet li fil-feature, ammont ta’ genituri qablu li la t-teknologija qed tevolvi, l-matematika ghandha timxi maz-zmien u allura ghandhom iheggu l-uzu tat-teknologija. Fejn ser naslu b’hekk?! Ma nistax nifhem kif tfal li qed jizviluppaw mohhom qed inhegguhom jghazznu mohhom bl-uzu ta’ tablets ecc biex jahdmu sommom hfief li jinvolvu sens komun u daqxejn hsieb.

Jekk se noqoghdu ninhbew wara t-teknologija se inkunu qed naghmlu mitt elf pass lura. Il-bniedem irid jizviluppa mohhu, u l-mod ta’ kif jahseb. It-teknologija hija ghodda biex tghinna pero mhux biex tghazzinna fl-iktar mumenti krucjali tal-izvilupp taghna.

Advertisements