Ghadni ma nistax nifhem kif ghadek issib min imur jarmi oggetti u skart iehor goff f’diversi widien u ghelieqi li jinsabu f’pajjizna. Din l-attitudni ta’ cowboys li ghadha tirrenja ma whud ma niflahiex.

M’hemmx skuzi! Illum ghandek is-servizzi kollha madwarek, minghajr hlas, fejn facilment tista tiddisponi mill-iskart goff bl-akbar kumdita’ (servizz ta’ bulky refuse mill-kunsilli lokali u bring-in sites madwar il-gzejjer Maltin). Madanakollu xorta issib min ihossu iktar komdu jarmi oggetti bla uzu qalb il-kampanja. Anqas li kieku ninsabu mizghuda bil-kampanja ma jkun gustifikat, ahseb u ara li l-ispazju apert huwa limitat!

Il-kuncett ta’ rispett lejn l-ambjent ghadu l-boghod fil-hsieb taghna. L-aqwa li go darna inkunu komdi.

skart.kampanja

Bla rispett u tal-misthija. Sors tar-ritratt: http://www.newsbook.com.mt

U dan iwassalna ghal fatt iehor li ma nistax nifhem – l-indafa (jew nuqqas taghha) li whud ihallu warajhom meta jmmorru fil-kampanja. Hafna jhobbu jmorru camping jew picnic mal-familja/hbieb. Tara bosta li jkunu armati sa snienhom bl-affarijiet, organizzati daqs li kieku gabu l-ghamara tad-dar maghhom! Ovvjament, jekk ghandek l-ikel, ser tiggenera l-iskart. Izda haga tal-iskantament kif wara li jzarmaw kollox ihallu dan l-iskart warajom. Min jitfghu ma xi bin li jkun qed ifur b’boroz ohra, u min sahansitra qas jindenja ruhu jigbor il-hmieg li jkun halla warajh!
Mhux hekk hux, l-aqwa li konna komdi!

Naturalment mhux qed nghid li had ma jirrispetta l-ambjent. Hawn min tghallem dwar l-importanza li nzommu l-kampanja taghna nadifa halli nkomplu ngawduha. Irridu niftakru li l-hmieg igib mieghu diversi infezzjonijiet u kreaturi li kapaci ma jhalluniex ingawdu zoni li bhalissa qed nutilizzaw sabiex nirrilassaw.

Advertisements