Bhala poplu irridu nidraw iktar il-kuncett tas-sahha u s-sigurta’. Kultant nahsbu li ghax rari jinqalghu incidenti fatali ahna hielsa minn xi dizgrazzja. Ghalkemm huwa minnu li rari jinqalghu dizgrazzji, ma jfissirx li ghandna nkunu passivi u nwarrbu fil-genb l-importanza tas-sahha u s-sigurta’.

Sfortunatament is-sena 2015 dewqitna incidenti morra, specjalment fejn jidhlu avventimenti jew postijiet li jilqghu fihom numru konsiderevoli ta’ nies. Wiehed irid jifhem li jekk ser ikun qed jospita’ lil xi hadd, dan ghandu jtih l-ahjar servizz u sodisfazzjon. Meta nistiednu n-nies gewwa darna, naraw li kollox ikun organizzat sew, u jekk se jkun hemm it-tfal niehdu hsieb li certi ornamenti ma jkunux ta periklu ghalihom (u ta’ dannu ghal-bwietna!) L-istess din il-mentalita’ trid tkun riflessa f’kull qasam li jinvolvi prezenza ta’ grupp, jew massa ta’ nies.

sahha u sigurta

Kollox fih ir-riskju tieghu. Irridu nibdlu l-mentalita’. Sors tar-ritratt: http://www.aquasealrubber.co.uk

Irridu nibdlu l-mentalita’ taghna. Is-sahha u s-sigurta m’hiex biss relatata mas-safety helmet fuq il-post tax-xoghol, izda hija l-benessere ta’ kull individwu f’post pubbliku, specjalment go stabbilimenti jew waqt avventimenti tal-massa.

Nemmen li l-bidla trid tibda mill-bankijiet tal-iskola. Uliedna ghandhom ikunu iktar konxji ta’ risk analysis, emergency drills u safety awareness. Dan il-kuncett irid ikompli jizviluppa fid-diversi ghaqdiet volontarji tal-pajjiz b’sostenn u investiment serju min-naha tal-awtoritajiet ikkoncernati.

Advertisements