Tags

, , , , , ,

Huma tal-misthija, u nkwetanti, l-ahhar rizultati li hargu mill-ezamijiet tas-SEC fis-suggett tal-Istorja. M’hemmx xi tghid. Li tbati biex telenka meta tigi ccelebrata Jum ir-Repubblika, jew li titfixkel Prim Ministri passati hija tal-biki. Mhux il-punt liema karta tal-ezami taghmel, Paper IIA jew IIB, l-istorja bazika hija ghal kulhadd.

Fil-lezzjoni tal-istorja qatt ma kont xi student li kont niftakar kollox. Nammetti, kien ikun hemm drabi fejn kont niddejjaq nisma dati antiki u kont narahom inutli niftakarhom (hafna drabi kont niftakarhom biss ghall-fini tal-ezami). Ma niftakarx meta gew l-Gharab, jew b’kemm kienet inbieghet Malta lil Gonsalvo Monroy, izda naf l-effetti li l-elementi krucjali tal-istorja halliet fuq artna. L-istorja skolastika waqfet sal-From 5, izda l-General Knowledge ma jieqafx hemm.

image

Madanakollu, dati tal-istorja mil-passat ricenti, huma essenzjali li wiehed ikun jafhom. Dan qed nghidu mhux ghall-fini tal-ezamijiet, izda¬† ghax kienu strumentali fl-istorja ta’ pajjizna. Li persuna ma tkunx kapaci tiftakar minn x’hiex ghadda pajjizna hija inkwetanti. Li ma tkunx taf min kienu l-mexxeja li fformulaw u hejjew it-triq ghal dak li ghandna illum hija negligenza u nuqqas ta’ rispett lejn pajjizek.

X’socjeta’ qed inrawwmu? X’qed isir fil-klassijiet? X’inhi d-diskussjoni gewwa djarna? Blu kontra Ahmar biss u niftakru biss il-prezent b’memorja ta’ goldfish? Kif jista’ jkollna socjeta’ li thares ‘il quddiem meta l-mexxeja t’ghada lanqas jafu minn fejn tlaqna?!

Advertisements