Tags

, , , , , , , , ,

Apparti diversi mizuri li ssemmew li ser jittiehdu mill-awtoritajiet tal-pajjiz, u studji ghal tip ta’ servizzi differenti ta’ transport, nahseb li wasal iz-zmien li ndahhlu diversi mizuri kuragguzi. Fosthom nissuggerixxi:

> Revizjoni fis-sistema tal-licenzji.

Bhalissa inhallsu licenzja tat-triq, ammont fiss li jizdied kull sena skont skala fissa. Wasal iz-zmien li din tinbidel u ssir skont kemm taghmel kilometri f’sena. Is-sistema tar-rata fissa inhalliha bhala minimu li wiehed ghandu jhallas, izda min umbghad jaqbez l-ammont ta’ kilometri allokati jrid ihallas aktar. Din l-iskema tkun capped sa massimu ta hlas, u l-vetturi kummercjali jkollom skema separata.

> Skema ta’ assikurazzjoni bbazata fuq l-uzu.

Diga hawn kumpaniji li qed joffru sistema ta’ assikurazzjoni skont ll-velocita’ li ssuq il-karozza. Ghandha tigi esplorata l-possibiltà biex tigi introdotta rata t’assikurazzjoni tal-vettura abbazi tad-distanzi li wiehed isuq, sistema li timxi id f’id ma dik tal-licenzja.

> Infrastruttura moderna

L-infrastruttura lokali ghandha bzonn bidla. Sors: themandarin.com.au

L-infrastruttura lokali ghandha bzonn bidla.
Sors: themandarin.com.au

Jigu analizzati l-bottle-necks u junctions li qed jikkontribwixxu ghal nuqqas ta’ flow tal-karozzi. Wara l-analizi, irid isir it-tibdil necessarju sabiex jigu indirizzati dawn il-problemi.

Is-sistema tat-traffic lights trid tinbidel. Ukoll, dawn il-pedestrian lights f’toroq arterjali iridu jitnehhew u jsiru subways jew bridges. Kull ftit kilometri ssib traffic lights!!

L-effett tar-roundabouts vis-a-vis il-kongestjoni tat-traffiku irid ikun analizzat u indirizzat.

> Accessibilita’ ristretta

Ghandhom jinholqu zoni li ma jkunux accessibbli ghall-karozzi. Ovvjament, trid tinholoq infrastruttura u mod differenti t’accessibilità biex tibbilancja l-effett taghha.

> Car parks pubblici

Il-Car parks pubblici ghandhom isiru bi hlas obbligatorju f’certi hinijiet, ez: bejn 6am u 5pm.

> Dixxiplina fis-sewqan

Bhala sewwieqa rridu ndahhlu iktar dixxiplina u sens komun fis-sewqan taghna. Inutli li, fi traffiku kwazi wieqaf, tipprova tibqa’ timbotta u tiddeffes. Inutli taqsam f’nofs roundabout meta xorta ha tehel hemm u tikkawza kongestjoni minn-naha ohra. Biex taqbez erba’ karozzi (mhux ha tiggwadanja hin), tinholoq problema ikbar ghal haddiehor! Din l-attitudni egoistika bil-ligi tal-gungla trid tinqata’.

Iva, l-investiment irid ikun kbir. B’infrastruttura u sistema tat-traffiku li thalliet ghal riha ghall diversi snin, bilfors li ha ssib problemi kbar u bzonn ta’ kapital kbir. Mhux biss, anki li kieku jkollok il-kapital necessarju, x-xoghol ser jiehu bosta s-snin biex jitlesta. Pero trid tibda minn ximkien!

Hemm bzonn li fuq din ikun hawn politika nazzjonali, u mhux politika partiggjana ghal xi gwadann ta’ punti politici.
Il-problema trid tigi indirizzata…u mhux abbuzata!

Advertisements