Tags

, , , , , , ,

It-trasport pubbliku wahdu m’huwiex is-soluzzjoni ghat-traffiku li hawn.

Nibdew mill-fatt li t-trasport pubbliku ha daqqa ta’ harta kbira minn meta qlibna ghall-Arriva. Is-servizz ghadu ma giex fuq saqajh, anki jekk ittiehdu bosta inizzjattivi godda. Krucjali huwa l-fiducja fis-servizz. Sakemm terga’ tinbena l-fiducja fit-trasport pubbliku, ha jkun qed iservi t’ostaklu minnu nnifsu.

Rigward puntwalità, fl-iktar rotta li nuza jien – igifieri r-rotta ta’ Birzebbuga, m’ghandiex xi ingerger. Madanakollu ma naqbilx li ghandha tghaddi biss kull 20 minuta minhabba l-ammont ta nies li juzawha, kif ukoll ghandu jerga’ jigi introdott kuncett ta’ vendi zghar f’certi postijiet tal-pajjiz. Fl-istess waqt ma rridux ninsew li tal-linja m’hijiex ezenti mit-traffiku tat-triq. Jekk il-karozzi huma imwahhlin, tal-linja ma tistax ittir! Tal-linja hija sottoposta ghat-traffiku li ha ssib, u l-hinijiet ta’ stennija ha jizdiedu bilfors! Qabel, niftakar b’dawk il-karrakki li kellna (nippreferihom iktar mill-godda ghall-karattru li kellhom), kont nasal minn Birzebbuga sal-Belt Valletta f’madwar 30minuta. Illum, fi 30 minuta nkunu ghadna kemm qbizna il-Marsa! Tort tat-trasport pubbliku?

Ser ikunu introdotti rotot godda. Bizzejjed? Sors: independent.com.mt

Ser ikunu introdotti rotot godda. Bizzejjed?
Sors: independent.com.mt

Ghalkemm naqbel li jrid ikollok mezz ta’ transport pubbliku efficjenti, dan irid jimxi id f’id ma decizjonijiet ghaqlin, u kultant iebsin, minn naha tal-gvern fuq l-uzu tal-karozza privata.

Tajjeb li fiz-zona tal-port tiffoka fuq mezz alternattiv bil-bahar. Il-frekwenza tat-tragitt hija krucjali fil-hinijiet ta’ filghodu u wara nofsinhar, fil-hinijiet tax-xoghol. Il-port huwa pjuttost kenni u allura m’ghandux ikun hemm hafna problem fejn jidhol sospensjoni tas-servizz. Incentivi ghall-uzu tar-rota, muturi, car pooling u transport tal-kumpanija jghinu biex jitnaqqas l-ammont ta’ hin ta’ stennija biex tasal minn A sa B u tnaqqas il-karozzi mit-toroq.

Din hija problema nazzjonali u mhux tal-blu jew l-ahmar (jew ahdar). Kulhadd irid jghati sehmu biex tinstab soluzzjoni – mhux il-politici biss izda anki ahna c-cittadini rridu inkunu parti minnha. Inutli jkollna servizz ta’ transport pubbliku puntwali u efficjenti meta imbaghad ghandna kultura li derrietna fil-kumdita tal-karozza privata.

Advertisements