Tags

, , , , , ,

It –traffiku f’pajjizna ilu snin jizdied. Dan nafuh, m’hemmx kuluri politici. Din il-haga li rridu nippoliticizzaw kollox ma nifhimiex! Bhal li kieku jekk ha noqoghdu ngergru issa, iffisser li n-naha l-ohra, la titla’ fil-gvern, ha ssibha iktar facli biex issolvi l-problema! Iktar ma nkunu negattivi issa, il-problema iktar ser tikber u tiehu fit-tul biex tissolva.

L-ewwel haga li rridu ngharfu huwa li l-ammont ta’ karozzi zdiedu b’mod fenomenali u esagerat ghad-daqs ta’ din il-blata. Din hija krucjali.

Sors: bloomberg.com

Halli nkun car – jien il-karozza nuzahha ta’ spiss, pero tal-linja nuzaha ukoll. Minn mindu kont zghir, u sa qabel ma kelli 18-il sena, kullimkien kont immur b’tal-linja. Il-bicca l-kbira ta’ dan il-perjodu kien fi zmien fejn il-mobile phones ma kienux komuni fost ic-cittadin. Illum kemm qed nafdaw lit-tfal taghna juzaw is-servizz tat-trasport pubbliku wahedom? Jew nhossuna inferjuri jekk nuzaw tal-linja? Niddubita kemm bosta tfal u zghazagh jafu n-numru tal-karozza tal-linja li twassalom fil-lokalita’ taghhom!

Frazi li nisma’ ta’ spiss, “Eee, ma jmurx jinqala xi haga taa.” Vera li l-karozza hija komda, pero qabel kif konna nghaddu? Ejja nammettu li sirna drammatici, kull minuta narawha siegha, u rridu kollox ma s*rmna! Anki hawn min juza l-karozza biex sempliciment jixtri l-gazzetta fil-lokal tieghu!  Vera li illum il-hajja saret iktar mghaggla, pero qed nghamlu xi haga biex nirribattuha?

Ma nahsibx.

Advertisements