Tags

, , , , , , ,

Is-shana diga bdiet, in-nies bdew jirrilassaw fuq il-bajjiet u t-temperatura tal-bahar bdiet tghola. Is-sajf qeghed wara l-bieb.

Apparti storja kulturali sinjura, pajjizna joffri whud mill-isbah bajjiet fil-Mediterran. Ghalhekk, huwa importanti li niehdu hsieb dawn iz-zoni biex iservu kemm ta’ tgawdija ghar-residenti kif ukoll t’attrazzjoni turistika.

Huwa sabih li tara li qed jittiehdu iktar inizzjattivi mill-awtoritajiet sabiex il-bajjiet taghna jkunu aktar nodfa u ta’ kwalita ghal min juzahom. Insemmi fosthom is-servizz ta’ first aid u lifeguard, rubbish bins li jheggu s-separazzjoni tal-iskart, swimmer-zones kif ukoll info boards taz-zona tal-bajja.

http://www.skyscrapercity.com/

Wahda mll-isbah bajjiet li joffri Pajjizna. Sors tar-ritratt: http://www.skyscrapercity.com/

Madankollu nahseb wasal iz-zmien li nharsu lejn x’nistghu noffru aktar fuq il-bajjiet taghna. Nissuggerixxi –

1. Bajjiet miksija bis-sun beds u umbrellel iwegghuli ghajnejja. Kulhadd gorbog go xulxin, sardin. Il-bajja jrid ikollha limitu ta’ kemm tiflah sunbeds u umbrellel. Dan l-ammont ghandu jkun iddikjarat ma kull bajja.

2. Jizdiedu l-facilitajiet ta’ open-air showers fil-bajjiet.

3. Facilitajiet ta’ lockers ghall-oggetti personali, u possibiliment ukoll charging lockers ghall-mobile phones/tablets etc

4. Investiment mal-privat biex ikun hemm gazeebo kiosks f’zona tal-bajja. Dawn ikunu fuq stil ta’ cocktail kiosks popolari f’pajjizi ohra.

5. Ikun incentivat sport/animazzjoni fuq il-bajjiet f’certi hinijiet tal-gurnata.

6. Informazzjoni ekologika taz-zona, li tinkludi ukoll il-hajja marittima u zoni rikreazzjonali ta’ diving u/jew gherien fl-inhawi accessibbli bil-bahar.

Dawn il-punti ghandom jigu kkunsidrati minghajr ma jnaqqsu mill-valur ekologiku li bajja jista’ jkollha. Ghalkemm uhud minnhom jirrikjedu zvilupp minimu, zgur li dan ma jkunx ta’ detriment ghall-inhawi.

Apparti zviluppi addizzjonali, ejja inharsu ftit lejn il-prezent. Tigini dieqa meta nara li ghandna dan il-gid u ma nafux niehdu hsieb l-ambjent li rridu ngawdu. In-nies iridu jghamlu sehmom ukoll u jitghalmu ma jhammgux warajhom. Jekk kapaci nimlew picnic cooler bl-affarijiet tal-ikel u xorb ghal gurnata rilassanti, l-istess ghandna inkunu kapaci narmuhom fil-bins provduti fuq il-bajjiet. Jekk ma jkunx hemm (jew taparsi ma narawhomx) inkunu daqxejn responsabbli u niehdu l-fdalijiet lura maghna biex narmuhom.

Jiddispjacini nara l-incident li gara gewwa l-Bajja s-Sabiha f’Birzebbuga. Sfortunatament l-izvilupp fiz-zona wassal biex din il-bajja tkun esposta ghal riskji ta’ kontaminazzjoni kemikali u xogholijiet ta’ dredging matul is-sena. Ftit kienu dawk li semmaw lehnihom fl-estensjoni tat-terminal tal-Malta Freeport fuq in-naha ta’ gewwa, lejn l-ghawwiema – u issa qed jinhasad il-frott tad-decizjoni li ttiehdet!

Advertisements