Tags

, , , , , ,

L-isptar Mater Dei ha jibqa’ monument ta’ kontroversja. Mhux biss kontroversja politika izda anki kontroversja operattiva. Mill-bidu tal-kostruzzjoni tieghu dan l-isptar kien imdawwar b’diversi stejjer u avvenimenti – tibdil ta’ isem, xnieghat ta’ korruzzjoni, dewmien eccessiv, cost-overruns kbar u mismanagement lampanti. Dawn ma waqfux malli tlestiet il-kostruzzjoni izda komplew anki meta l-isptar beda jopera – xhieda cara tan-nuqqasijiet li saru fl-istadju tal-ippjanar.

Never ending saga. Sors tar-ritratt: maltamum.com

Never ending saga.
Sors tar-ritratt: maltamum.com

L-ahhar fost sensiela ta’ problemi li laqtu dan l-isptar hija l-kwalita’ tal-konkos li ntuza ghall-istruttura tieghu. Konkos li issa nstab li kien ta’ livell ferm inferjuri minn dak li gie ccertifikat li filfatt hu!

Dan huwa kaz serju immens. (Ghal mument ejja ninsew li jista jkun hemm nitfa korruzzjoni.) Irridu niftakru li dan huwa bini pubbliku, bini li jara l-eluf ta’ nies kuljum u ma nistghux nilghabu bil-hajja tan-nies b’dan il-mod. X’jiswa li jkollok l-ahjar apparat u l-aqwa professjonisti meta imbaghad ghandek il-post tax-xoghol taghhom ta’ periklu strutturali?

Nistaqsi, kif kienu jsiru l-kontrolli? Min kien responsabbli li x-xoghol ikun qed isir sew, inkluz il-materjal uzat? Kif kienu jsiru dawn l-ispezzjonijiet? Il-Ministru kien jaf dwar dan? L-FMS ghaliex qieghda? X’kien l-irwol ta’ Skanska? ecc ecc…!

Hemm diversi mistoqsijiet li wiehed jista’ jqajjem issa li nstab dan in-nuqqas krucjali. Mistoqsijiet iridu jsiru, pero bil-mistoqsijiet biss m’ahna ser naslu imkien. Trid tittiehed azzjoni kontra min kien responsabbli. Zgur li dan mhux att ta’ bniedem wahdu, izda l-probabbilta’ hija ta’ ghanqbuta shiha ta’ nies li m’ghamlu xejn biex sitwazzjoni bhal din tkun evitata.

Ma ninsewx li dan in-nuqqas strutturali nstab ghax il-gvern prezenti ried jibni sular iehor fuq il-pjan ezistenti. Li kieku ma kienitx se tkun studjata din l-espansjoni, kieku kien ikollna sptar generali li jitmermer fi ftit snin ghad-detriment taghna l-utenti.

Sadanittant, l-istorja tkompli tizvolgi, johorgu aktar fatti u t-tahwid aktar jikber!

Advertisements