Tags

, , , , ,

Kemm inqala paniku fuq l-imniefah ODZ! Bhal donnu li issa sirna nafu xi jfissru dawn it-tlett ittri! Issa kulhadd sar ambjentalist. Mhux qed nghid xejn kontra min qed jahdem favur l-ambjent, izda sfortunatament f’dan il-pajjiz kapaci ngibu kollox ballun politiku.

Jien ukoll nippreferi li ma jsirx zvilupp fuq art ODZ, u jkollna iktar open-spaces, izda ma jfissirx li ngib skuzi banali kontra progett edukattiv ta’ din ix-xorti. Nemmen li fil-maggoranza ta’ dawk kontra universita’ f’zona ta’ ODZ qed jaghmlu dan purament ghall-finijiet politici partiggjani taghhom. Madanakollu, fost dawk li qed jopponu kwalunkwe zvilupp f’ODZ nemmen li hemm individwi genwini u nifhem il-hsibijiet taghhom.

Mhux ser nidhol fil-mertu ta’ fejn ghandha tinbena din l-universita, pero s’issa ma rajt l-ebda alternattiva vijabbli ghal dan il-progett: fin-nofsinhar, il-footprint tal-campus u necessitajiet bazici fil-madwar. Zgur li z-zona proposta hija vicin bini ezistenti – dik tal-pixxina u z-zona residenzjali. Kif diga ghidt, mhux se nidhol fil-mertu jekk hux sew jew le, pero ma ninsewx li l-izvilupp huwa biex itejjeb is-settur edukattiv u mhux li jinbena supermarket f’ODZ! Irid ikun hemm bilanc bejn l-izvilupp u l-ambjent.

Irkeb u iddumx. Issa jmiss il-karru tal-ambjent.

Irkeb u iddumx. Issa jmiss il-karru tal-ambjent.

Personalment inwegga hafna meta nara li qas kienu nofs kwart ta’ dawn li qomsu issa li kienu lissnu kelma meta kienu proposti zviluppi aghar minn dawn kontra sfregju ambjentali. Mhux ser insemmihom kaz kaz. Kulhadd kien qed jghix fuq din il-gzira, suppost!

Apparti l-universita, issa qabdu joqomsu whud kontra zvilupp ta’ marina f’Ghawdex – fuq zona li kienet tintuza bhala barriera! Bi progett ta’ din ix-xorta ser isir rigenerazzjoni taz-zona, u mhux sfregju! Allura ghaliex dan il-paniku kollu? Ghawdex hija gojjell li toffri karatteristici differenti mill-gzira ta’ Malta, anki jekk ftit metri il-boghod minn xulxin. Sfortunatament l-agenda hija immexxija minn erbgha diretturi li kapaci jxaqilbu l-opinjoni pubblika u jitfghu l-attenzjoni fuq affarijiet li jaqblilhom.

Bhalissa ghandna diversi paladini (self-proclaimed) li qed jippruvaw jirkbu fuq kull karru li qed jghaddi minn quddiemom. Min ghandu passat x’jahbi u mhux kapaci johrog b’ideat godda, jispicca jirkeb fuq min ikun genwin!

Advertisements