Tags

, , , , , ,

Kienu xeni tal-biza’ dawk li rajna matul l-ahhar jiem. Ix-xeni t’igsma bla hajja jigu mtella’ mil-bahar. Kadavri li sa ftit sieghat qabel kienu ta’ nies mahruba, b’tama li jibdew hajja gdida ‘l boghod mill-jasar u t-tbatijiet ta’ pajjizhom. Hija awtomatika li bhala pajjiz ha nhossu nfluss ta’ nies gejjin mill-Afrika minhabba l-pozizzjoni geografika taghna.

Bhalma nafu, pajjizna huwa limitat fir-rizorsi li ghandu. Madankollu qed nuru lil kulhadd li ahna lesti nahdmu qatigh sabiex ma nhallux briganti jaqilghu l-belli liri minn fuq dahar dawn in-nies innocenti. Bhala pajjiz lesti nahdmu ghad-dritt tal-hajja tal-individwi, indifferentament mill-kulur taghhom. L-ghajnuna marittima tista’ tghin lil dawn in-nies milli jeghrqu, izda zgur li m’hiex bizzejjed biex tieqaf din il-problema.

Din m’hijiex glieda razzjali. Din hija glieda favur l-umanita’.

L-UE u l-gvernijiet fil-pajjizi tal-madwar ghandhom ikunu maghqudin fuq din il-kwistjoni. Huwa minnu li kull pajjiz ghandu l-problema tieghu fejn jidhlu immigranti illegali – izda issa l-Mediterran sar cimiterju ta’ hajjiet innocenti. Ma nistghux nibqghu b’decizjonijiet short-term. Il-Pjan irid ikun wiehed holistiku. Mhux facli li ssib soluzzjoni wahda – ghax soluzzjoni wahda m’hemmx. Hemm bzonn serje ta’ decizjonijiet li jittiehdu sabiex is-sitwazzjoni tigi taht kontroll, u l-UE taghmel l-imigrazzjoni bhala wahda mill-prijoritajiet taghha – bil-fatti.

Advertisements