Tags

, , , , , , , ,

Fl-ahhar hargu r-rizultati tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Haga tal-iskantament kif minn dawn l-elezzjonijiet hadna tifsira differenti ta’ xi jfisser li tirbah!

Irrespettivament dwar min qal li rebah (dak inhalli lilek biex tiggudika), wiehed irid janalizza r-rizultat fil-kuntest li hu.

Kulhadd rebah! 🙂
Sors: heyromeo.com

Analizi hafifa, minghajr ma nidhol f’hafna statistika u numri, wiehed jista’ jgharaf li:

1. Ghawdex kien distrett li halla rizultat pozittiv ghall-Partit Laburista. Il-PL zied iktar voti fil-lokalitajiet, sahhah il-voti fil-lokal tal-Qala li kien rebah lura fl-2012, rebah lokalita’ gdida, il-Munxar, u sahansitra baqa’ tiela ras’imbras mal-PN fil-lokalita tradizzjonalment stronghold tal-PN, in-Nadur.

2. Fil-lokalitajiet fil-gzira Maltija rajna tibdil fejn jidhlu kwantitajiet ta’ voti ukoll. Bhalma dejjem gara fil-passat, u kullimkien fid-dinja, elezzjonijiet mid-term huma dejjem difficli ghal min ikun fil-gvern. Dan mhux eccezzjoni ghal-pajjizna fejn il-PL naqqas il-popolarita’ fil-voti meta kkumparat mal-2012 filwaqt li l-PN, partit tal-oppozizzjoni, zied.

3. Izda tajjeb insemmu x’kien ghaddej fl-2012. Il-PN kien imfarrak bi glied intern, u fl-ahhar nifsijiet tal-hajja tieghu fil-gvern. Il-PL kien bedarun-up bla waqfien ghall-elezzjonijiet generali…l-ghatx ghall-bidla kienet qed tinhass madwar il-pajjiz. Filfatt, il-PL bena fuq dak id-distakk li wassal ghar-rebha storika fl-2013.

4. Huwa probabbli minhabba dawn il-fatturi (mhux biss) li l-PL kien rebah siggijiet godda kif ukoll lokalitajiet bhal San Pawl il-Bahar mill-PL, filwaqt li baqa’ vicin tal-PN f’lokalitajiet bhal Mosta.

L-Ghadd tal-voti kien fih mumenti ta' tensjoni fuq diversi lokalitajiet. Sors: www.maltatoday.com.mt

L-Ghadd tal-voti kien fih mumenti ta’ tensjoni fuq diversi lokalitajiet.
Sors: http://www.maltatoday.com.mt

5. Madankollu, fl-elezzjonijiet tal-2015 il-PL irnexxielu jirbah lokalita’ gdida f’Malta, il-Floriana (2012 kellu maggoranza ta’ voti izda mhux kunsilliera, peress li kien gie elett kunsillier indipendenti). Il-maggoranza li kiseb il-PL, 54% circa hija storika propju ghall-fatt li Partit fil-gvern, f’nofs legislatura gab maggoranza b’sahhitha.

6. Mill-banda l-ohra l-PN rega kiseb whud mis-siggijiet li kien tilef fl-ahhar round (2012), ezempju Birzebbuga…u allura gie fuq l-istess livelli pre-2012. L-istess irnexxielu jzomm maggoranza fil-lokalitajiet tal-Mosta u Siggiewi u rebah lura l-Kunsill ta’ San Pawl il-Bahar. Jidher li l-PN irnexxielu jirbah ammont ta’ voti u jaqta’ ftit mid-deficit li ghandu minn mal-PL. Pero, jekk wiehed irid ikun realistiku irid jammetti li l-PN ghadu ferm il-boghod milli jkun gvern alternattiv. M’hemmx lok li tifrah.

7. L-introduzzjoni tad-dritt tal-vot minn 16-il sena tidher li halliet effett. Apparti li setghat ikkontribwixxiet ghaz-zieda fit-turnout, wiehed ma jridx jeskludi l-fatt li gew eletti diversi kunsilliera zghazagh fosthom ukoll sindki u vici-sindki. Ta’ min isemmi l-izghar sindku fl-eta’ ta’ 18-il sena f’Hal Kirkop. Ovvjament, irid isir analizi u ezercizzju aktar fil-fond minn din is-semplici deduzzjoni.

8. Jekk wiehed ihares biss lejn id-distakk fil-persentaggi bejn iz-zewg partiti fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, ammont konsiderevoli ta’ partitarji Laburisti (jew individwi li ivvutaw l-ewwel preferenza lill-kandidati laburisti fil-KL) ma vvutawx Iva fir-referendum dwar il-kacca fir-rebbiegha. Dan kontra ta’ dak li ntqal ftit tal-jiem ilu,

9. Zgur li z-zewg mexxejja tal-partiti l-kbar laghbu loghba prudenti meta matul il kampanja habbru l-miri taghhom ghal dawn l-elezzjonijiet. Joseph Muscat, bhala mexxej ta’ partit fil-gvern, jaf bid-diffikulta li gvern jista’ ikollu minhabba protest votes izda fl-istess hin konvint bil-hidma li qed iwettaq. Allura, immira li jibqa’ jzomm il maggoranza tal-voti…kif filfatt irnexxielu.

10. Minn naha l-ohra, Simon Busuttil ried li jibda juri rizultat tat-tmexxija tieghu, u jibda jikkonvinci lin-nies ta’ madwaru stess li huwa mexxej tajjeb. Ghalhekk, il-Kap tal-Oppozizzjoni ried li jnaqqas id-distakk bejn iz-zewg partiti. Ovvjament, Simon Busuttil uza favurih il-fatt li jista jkun hemm protest votes tal-laburisti, votanti li ma kienux hargu fl-2012 u residenti ohra li xtaqu bidla fil-lokalita’.

Il-boghod mill-persentaggi, iz-zewg mexxejja ghandom bicca xoghol importanti quddiemhom biex janalizzaw ir-rizultat. Il-PN ghadu ‘l boghod milli jikseb il-fiducja shiha tal-poplu. Forsi vera li naqqas id-distakk meta ikkumparat mal-2012, u allura Busuttil nibbet xi ftit fiducja fil-partitarji Nazzjonalisti, pero in-numri ghadhom kbar u ‘l boghod. L-istampa li qed ipengu Busuttil u il-PN m’hiex daqshekk ward u zahar daqskemm qed jippruvaw jaghmluha tidher.

Il-PL minn naha tieghu irid jgharaf ghalfejn intilfu il-voti. Wiehed ma jistax jalludi ruhu li se jibqa jirbah b’36K+ voti f’kull elezzjoni, specjalment jekk tkun fil-gvern. Telf ta’ voti ser ikun hemm dejjem…izda jkun hazin ghall-partit fil-gvern li ma janalizzax ir-rizultat.

Min ikun fil-gvern ma jridx janalizza b’mod matematiku biss. Il-Gvern irid jibqa relevanti mal-poplu u ghalhekk l-analizi tieghu trid tkun aktar fonda u socjali sabiex fejn hemm nuqqasijiet reali jigu indirizzati b’mod gust.

Advertisements