Tags

, , , , ,

Ir-referendum gie u telaq. Il-kampanja spiccat u r-rizultat hareg. Il-maggoranza tal-votanti ddecidew li ghandha titkompla l-kacca fir-Rebbiegha, billi tkompli tapplika d-deroga li Malta ghandha mal-UE.

Wara li hareg ir-rizultat kienu bosta l-ghorrief li bdew janalizzaw ir-rizulat mill-lenti suggettiva taghhom. Allura imbaghad spiccajna invaduti minn bosta konkluzjonijiet li ma jaghmlux sens!

Li tohrog tghid li Joseph Muscat dawwar telfa f’rebha ghall-kamp tal-Iva hija far-fetched. Mhux qed nghid li, bid-dikjarazzjoni ta’ kif ser jivvota il-Prim Ministru, seta’ m’affettwax lil xi whud mill-partitarji Laburisti li kienu indecizi/ma kienux interessati li jivvutaw.  Izda min kien deciz li jivvota Le, baqa’ deciz li jaghmel hekk sal-ahhar, irrespettivament minn dak li qallu l-mexxej tal-partit li jzomm mieghu!

Kummenti ohra banali bhal “il-poplu ma mmaturax” (ghax il-maggoranza ivvotat Iva), “imissna nisthu”, “tlifna l-opportunita’ ” u mitt elf hag’ohra ma naqsux. Barra minn hekk, kien hemm ukoll Maltin li ffirmaw il-petizzjoni bhala boycott ghat-turizmu f’Malta sempliciment ghax rebah l-Iva.  Issa jew ha nkunu demokratici mill-bidu sal-ahhar, jew inkella nkunu demokratici à la carte, fejn jaqblilna!

Bilhaq…anki l-messaggi ta’ theddid u tghajjir ma jaghmlux gieh lil min jiktibhom! Irbaht? Tajjeb, ifrah, imma issa injorah lill min hadem kontrik…anzi irringrazzja lill minn appogjak u gawdi d-delizzju.

passjoni

Kaccaturi u familjarji jifirhu. Sors: maltatoday.com.mt

Wiehed irid jammetti li kien hemm bahar jaqsam bejn iz-zewg kampanji. Ghalkemm kif deher minn surveys, il-maggoranza kienet kontra li titkompla l-kacca fir-Rebbiegha, il-mexxejja tax-SHout irnexxielom jitilfu r-referendum minn taht idejhom.

L-iskuza li ma kellhomx esperjenza ta’ kampanja hija skuza tat-tfal. Maghhom kien hemm analisti politici li mhux darba jew tnejn li analizzaw kampanja elettorali. Possibli ma kienux kapaci jahdmu b’mod ferm aktar kordinat matul il-kampanja? L-arroganza li ntweriet lejn l-ahhar granet tal-kampanja minn esponenti tal-Le ukoll kellha effett fuq individwi li ma kienux se jmorru jivvutaw u eventwalment hargu jivvutaw b’sapport lejn il-kaccaturi. Il-kampanja tal-Le (SHout) bghatiet biex timmobilizza lin-nies taghha f’jum l-elezzjoni.

Madankollu, wiehed ma jridx jinjora l-fatt li kwazi nofs il-votanti huma kontra li titkompla l-kacca fir-Rebbiegha. Dan huwa sinjal importanti kemm lejn il-kaccaturi kif ukoll lejn l-awtoritajiet. Ghalkemm ir-rieda tal-maggoranza trid tkun rispettata, ma rridux ninjoraw l-ghajta ta’ min hu kontra. Ghalhekk, huwa diga pass fid-direzzjoni t-tajba li l-Prim Ministru elenka dan il-punt u wissa’ lill-kaccaturi biex jirrispettaw il-ligi u jirrapurtaw l-illegalitajiet – sabiex ikunu jistghu jitkomplu jipprattikaw id-delizzju taghhom.

Issa huwa l-mument li bhala pajjiz nuru li mmaturajna. Ir-rizultat huwa dak li hu. Kulhadd qed jaqbel li, la l-kacca se titkompla, irid ikun hemm responsabbilta’ u dixxiplina minghand kulhadd. Il-kaccatur irid izomm mal-limiti li ttih il-ligi filwaqt li l-ambjentalist m’ghandux ikun is-sulfarina biex jipprovoka minghajr bzonn.

Advertisements