Tags

, , ,

Qeghdin jumejn il-boghod minn jum il-votazzjoni u ghalhekk il-kampanja elettorali waslet lejn l-ahhar tokki taghha. Kunsilli lokali, kacca iva, kacca le, min ha jistrieh minnha u min ma jinteressahx.
Elezzjoni dejjem tinteressani u ghalhekk nixtieq nghati harsa hafifa lejn il-kampanja tar-referendum.

Sfortunatament il-kampanja tar-referendum inqalghet minn fuq il-binarji li kellha tkun. Ghalfejn qed nghid dan? Ma ninsewx li r-referendum huwa biex tinqata (jew titkompla) il-kacca fuq l-ispeci tal-gamiem u s-summien fl-istagun tar-rebbiegha ghal ghoxrin nofstanhar. Ovvjament, dan l-istagun jinfetah fuq rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ORNIS illi tieghu huma membri kemm l-ghaqda tal-kaccaturi kif ukoll l-ghaqda favur l-ghasafar il-BirdLife.

Parti mill-Kosta Maltija fl-aqwa zmien taghha! Sors: http://www.sunspotmalta.com/groups/walking.asp

Tal-Le, permezz tas-SHout, bdew billi esponew diversi personalitajiet pubblici li huma kontra l-kacca fir-rebbiegha. S’hemm ma fiha xejn hazin. Pero sfortunatament, il-kampanja kienet ibbazata biex ixxerred il-biza’. Sfruttaw is-sentiment negattiv li diversi cittadini Maltin ghandhom lejn il-kaccaturi. Huwa fatt maghruf li dan is-sentiment negattiv gej minhabba l-attitudni hazina tal-kaccaturi stess. Ma ntihomx tort, ghax mhux l-ewwel darba li personalment inzertajt xi kaccatur ‘cowboy’ li ghamel passagg go wied, mghodija, bhala privata ghalih!

L-argument tal-konservazzjoni kien ftit u dghajjef – forsi ghax jafu li dan huwa facilment ribattut, forsi ghax il-ftit t’eluf li jpassu minn fuq Malta huma irrelevanti ghall-eluf l-ohra li jpassu minn zoni ohra tal-Mediterran fejn huma liberi li jikkaccjaw u jisparaw fuqhom! Ma ninsewx ukoll li, art privata fil-kampanja ser tibqa privata, indifferentament ta’ jekk ikunx hemm kacca jew le. Hag’ohra…dak il-kumment dwar id-demokrazija (li jekk jirbah l-Iva, tkun tilfet id-demokrazija) qatt ma kien f’loku!

Tal-Iva, hadmu hafna fuq l-image. Bilfors riedu jaghmlu hekk biex il-pubbliku ingenerali jithajjar jisma’ l-messagg taghhom. Professjonali immens fil-pubblikazzjonijiet taghhom, u ippruvaw ifhemu lill-pubbliku dwar x’hiex verament ser inkunu qed nivvutaw fil-11 t’April. Xorta nemmen li l-ewwel persuna li trid tigi edukata hija l-kaccatur. Hawnhekk mhux qed insemmi edukazzjoni akkademika izda edukazzjoni biex jgharaf ihaddan u jissalvagwardja d-delizzju tieghu. Li tispara ghal kull ma jigi quddiemek m’hiex delizzju jew kapacita’. L-istess iridu jgharfu li l-kampanja m’hiex taghhom biss, u dak li kien passabbli ghoxrin, tletin sena ilu m’ghadux relevanti ghall-lum.

Stunts bhall l-ghoti tad-demm, il-bini fl-Etijopja u Open days huma inizzjattivi sbieh, pero ikun tajjeb ghall-ghaqdiet tal-kaccaturi li kieku dawn jittellghu b’mod regolari matul is-sena u mhux biss f’nofs kampanja elettorali.

Min kien oggettiv matul il-kampanja tar-referendum seta jara l-qerq, jew spin, taz-zewg kampanji aktar car minn-nofs veritajiet tal-partit politici waqt elezzjoni generali. Minn qabel ma tnehdew il-kampanji rispettivi tal-Iva u tal-Le, kont ghidt li l-kampanji ser ikunu fuq zewg binarji partikolari: tal-Le kampanja kontra l-kaccatur filwaqt li tal-Iva ser jahdmu fuq l-istigma li ghandhom fuqhom il-kaccaturi.

Iva jew Le, id-decizjoni hija f’idejn il-poplu. Personalment nemmen li r-rizultat se jgorr responsabbilta’ kbira fuq min jirbah!

Advertisements