Tags

, , ,

Bhalissa l-pajjiz rega’ qabad ir-ritmu elettorali bl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jittellghu fil-Hdax t’April. Erbgha u tletin lokalita’ ser jeleggu l-kunsilliera fil-lokalita’ taghhom, fl-istess waqt li madwar il-pajjiz kollu se jkun ghaddej ir-referendum dwar id-deroga tal-kacca fuq il-gamiem u s-summien. 

Ahmar, Blu, Ahdar jew Indipendenti?
Sors: valiantsolutions.com/voting_technology.php

Bla dubju li l-effett u d-deni ta’ dawn l-elezzjonijiet fuq ic-cittadini huwa ferm inqas minn dak t’elezzjoni generali. Madanakollu, il-kandidati tal-partiti rispettivi qabdu ritmu tajjeb fil-hidma taghhom…door-to-door, flyers, business cards, weghdi u mitt elf hag’ohra! Hemm tendenza li certi kandidati jhallu l-kampanja tigri bihom, bla skrupli fil-kummenti u propoganda taghhom, hemm ohrajn li jibqghu kawti u saqajhom mal-art, kemm qabel kif ukoll wara l-elezzjoni, filwaqt li ohrajn ihallu r-rizultati tal-hidma taghhom jitkellmu wahidhom!

Minkejja li ssib uhud mill-kunsilliera li tarahom biss ftit qabel l-elezzjoni biex jaghtu l-impressjoni li ghamlu kollox huma fil-legislatura, in-nies illum tghallmet. Fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali huwa aktar facli ghall-votanti biex jivvutaw kandidati li gejjien minn partiti differenti, jew sahansitra ma jivvutawx. In-nies taf min hadem ghall-gid tal-lokalita’ biex ir-resident ikun ahjar. u taf ukoll min ikun xekkel hidmet il-kunsill.

Nemmen li l-Kunsilli Lokali ghandhom ikunu liberi mill-agendi partiggjani u ghalhekk m’ghandhomx jaqghu taht kappa ta’ partit. Il-kandidati huma responsabbli lejn ic-cittaddini tal-lokal. Ghaldaqstant, jekk il-kunsillier mhux kapaci jifred bejn partit politiku u l-interess tal-lokalita’, m’ghandux jiehu l-ispazju ta’ min verament jixtieq jahdem ghall-gid tal-lokalita’. 

Xahrejn kampanja mill-kandidati ma jbiddlux il-hsieb tal-individwi fuq livell lokali. Il-lokal tghixu kuljum. Kampanja ma taghmilx tajjeb ghan-nuqqas li jkun sehh matul is-snin li ntremew .

Advertisements