Tags

, ,

Ir-rebha tal-partit xellugi Syriza fl-ahhar elezzjonijiet fil-Grecja gabet maghha opinjonijiet konflingenti minn opinjonisti u analisti globali.

L-iktar ahbar li giet irrapurtata wara r-rebha kienet bla dubju d-dikjarazzjoni ta’ Tsipras (il-Prim Ministru l-gdid), li ser ikun qed jerga’ jirrevedi l-kundizzjonijiet li gew imposti fuq il-Grecja meta nghataw bail-out fl-2010. Izda mhux biss, il-pjan li l-gvern il-gdid iwaqqaf l-awsterita’ ukoll dwiet u hija punt krucjali.

Tsipras irid jimxi fuq mudell ekonomiku fejn jelimina l-awsterita’ imposta mit-Troika, ghal ma mudell fejn jerga jghati s-sahha ekonomika lin-nies ta’ pajjizu sabiex, ihajjar aktar infieq u investiment, sabiex l-ekonomija Griega terga tqum fuq saqajha. Dan minhabba li l-awsterita’ hu fattur li normalment jghakkes u jghallaq l-ekonomija tal-pajjiz, b’konsegwenza li l-progress u tkabbir ekonomiku ikun limitat. Il-Prim Ministru Grieg irid li jerga’ jghati d-dinjita lill-poplu tieghu li safa umiljat wara il-kroll finanzjarju li safa.
Hemm min jghid li m’ghandux jghin lil min zbalja. Li zgur nafu huwa li l-mudell ta’ awsterita’ li gie impost fuq dan il-pajjiz falla…u falla bl-ikrah. It-tkabbir ekonomiku kien minimu, u ftit li xejn kien hemm progress ghal dan il-pajjiz.
Huwa minnu li l-mudell ta’ Tsipras huwa pjuttost ottimist izzejjed, pero ilkoll nafu li l-awsterita’ ma hadmitx! Zgur li d-decizjoni tal-mudell ta’ Tsipras hija holqa, minn serje ta’ holoq ohra sabiex jergghu jghatu direzzjoni gdida lill-Grecja.

L-isfidi huma kbar ghall-gvern il-gdid Grieg – fuq naha irid isolvi il-problema tad-dejn li ghandu wara l-ahhar bail-out, kif ukoll il-problemi ingenerali tal-pajjiz. Tkabbir ekonomiku baxx, (f’cirkostanzi l-ekonomija Griega anki ckienet), dhul baxx fil-kaxxa finanzjarja tal-gvern u incertezza kbira fis-settur bankarju huma problemi ohra kritici.

L-aspettativi huma gholjin hafna minn naha tal-poplu Grieg. Il-weghdiet taw aspirazzjonijiet godda u tamiet kbar – jekk il-pajjiz mhux ser jerga jaqbad it-triq tal-progress u stabbilta’, il-problemi li qed jistennew lill-Grecja huma irriversibbli.

Advertisements