Dawn huma z-zewg speci t’ghasafar li l-poplu ser ikun qed jiddeciedi jekk il-kaccaturi ghandhomx ikomplu jisparaw fuqhom fl-istagun li jmiss.

friedquails

Summien moqli. Jinzel ghasel ma pinta birra.

Il-kacca li ssir fl-istagun tar-rebbiegha hija miftuha u legali ghal dawn iz-zewg speci, illi jinqatlu sempliciment ghall-ikel. Dawn mhux ghasafar li wiehed jispara fuqhom imbaghad jitlaq ‘l hemm.

Jien m’hiniex kaccatur, pero nitkellem ma’ hbieb li huma kaccaturi u li ghandhom ghal qalbhom dan id-delizzju. Nies li jitkellmu b’passjoni u b’entuzjazmu, b’kaccaturi veri li jispjegaw u jidhlu fil-fond tat-tghalim u trawwim li jghatu lill-klieb taghhom, ir-rih u l-kundizzjoni tat-temp li jaffettwaw il-passa. Biex ma nsemmiex l-gharfien tal-ispeci tal-ghasafar minn distanza notevoli! (Dak illi ghalija tkun tikka sewda fis-sema!)

Allura nghid, jien min jien biex inwaqqaf delizzju lil haddiehor? Jien min jien biex inwaqqaf milli haddiehor jispara fuq tajr li umbghad ser jieklu?
Dment li kollox jibqa fl-ambitu tal-ligi, jien ma niddejjaqx inhalli dan id-delizzju jibqa’ jigi pprattikat.

Bhal f’kull haga ohra, sfortunatament, issib min itappan ir-reputazzjoni ta’ minoranza partikolari. Certi abbuzi u arroganza (inzid ukoll, injoranza) minn uhud mill-kaccaturi waslu biex intefghet stigma negattiva fuq kull individwu li ghandu ghal qalbu dan id-delizzju. U dawn ghandhom jinghataw il-piena li haqqhom. M’ghandux ikun hemm hniena.
Il-kaccatur veru jaf jgharaf l-ispeci t’ghasfur xi jkun. Il-kaccatur veru jaf x’inhuma r-regoli u r-riperkussjonijiet. Jekk dawn il-ftit individwi mhux ser jimmaturaw, id-delizzju tal-kacca ser jaqbad it-triq tan-nizla sakemm jintemm.

Ghalhekk personalment, dment li l-kaccatur veru jibqa josserva l-ligi (u l-”cowboys” jiehdu dak li haqqhom), naqbel li dan id-delizzju ghandu jibqa’ jigi ipprattikat skont il-ligi prezenti.

Advertisements