Sold Out!

Wara l-attakk (u l-qtil ta’ diversi impjegati) fl-ufficini tar-rivista satirika Charlie Hebdo li sehhew fl-ahhar jiem, mill-lum, dan il-magazine rega kien ghall-bejgh minn fuq l-ixkaffef. Xkaffef li ma damux mimlijin hekk kif kienu bosta nies li marru jixtru kopja…il-kopja ta’ wara l-attakk.

L-attakk u l-qtil li sehh fuq l-impjegati ta’ din ir-rivista huma daqqa ta’ harta kbira ghall-liberta’ tal-espressjoni. Kulhadd ghandu dritt ghall-opinjoni tieghu, f’hiex jemmen u x’jipprattika – izda l-estremizmu qatt m’hu accettabbli. Ma ninsewx li dan il-magazine ihobb iwaqqa’ ghac-cajt l-istituzzjonijiet tal-pajjiz…kemm politici kif ukoll religjuzi. Charlie Hebdo esprima l-opinjoni tieghu permezz ta’ karikatura grafika, indifferentament mir-religjoni jew twemmin.
L-attakki l-ohra li segwejna fl-ahbarijiet huma perikoluzi immens….mhux biss minhabba l-att ta’ kif sehhew imma, iktar min hekk, l-effett ta’ biza’ li qed tidhol fis-subkonxju tal-individwu. Is-sitwazzjoni hija delikata immens…mhux biss fi Franza izda l-att ta’ kull individwu igorr responsabbilta’ kbira. In-nasba hija jekk il-popli, religjonijiet differenti, jitqabdu f’rewwixta kontra xulxin.

Hekk, it-terroristi jkunu rebhu.

Advertisements